//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Mument, Trot

Ir-rivelazzjoni Okilaibo rebbieh ta’ zewg finali ewlenin

Okiliabo (Julian Farrugia) jidher jirbah il-finali tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier. (Ritratt Alex Azzopardi)

Okiliabo (Julian Farrugia) jidher jirbah il-finali tal-Prix de Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier. (Ritratt Alex Azzopardi)

Dan huwa l-artiklu tieghi li deher illum fil-gazzetta Il-Mument bhala parti mir-rubrika Trott u Galopp

Wiehed miz-zwiemel rivelazzjoni matul l-ewwel parti ta’ dan l-istagun kien certament il-Franciz Okilaibo. Dan iz-ziemel ta’ hdax –il sena, iben l-istaljun Ukir de Jemma, rnexxilu jirbah zewg finali ewlenin f’temp ta’ ftit gimghat biss. Dawn kienu l-Prix de Vincennes ghal zwiemel Francizi tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u l-Gran Finali VOB ghal zwiemel li kienu marru tajjeb kemm fil-kampjonat tal-Francizi u anki f’dak tas-Sette Giugno. F’dawn iz-zewg okkazjonijiet, dan iz-ziemel kien misjuq mis-sewwieq Ghawdxi Julian Farrugia.

Okilaibo ddebutta f’Malta fit-tmienja ta’ Marzu li ghadda u sal-lum gera fi tmien tigrijiet. Minn dawn rebah tlieta minnhom, fosthom iz-zewg finali. Izda ta’ min wiehed jinnota li fit-tigrijiet l-ohra, dan iz-ziemel dejjem kellu pjazzamenti tajbin fit-tieni post. Hu dahal darba ohra fit-tielet pozizzjoni. Okilaibo hu propjeta’ ta’ Joseph Seychell, maghruf bhala tas-sidi u jinzamm fl-istalel tieghu fil-limiti tal-Fgura. Dan l-ahhar kelli c-cans inzur l-istalel ta’ Joseph u niltaqa’ mieghu u ma’ wliedu John u Charles li flimkien mieghu huma nvoluti direttament fil-preparazzjoni taz-ziemel.

L-interess ta’ Joseph lejn dan l-isport imur lura sas-snin sebghin. Hu qalilna li f’zghozitu beda jkun involut billi minn zmien ghal zmien kien isuq xi ziemel Taljan fit-triq. Wara, lejn l-ahhar tas-snin sebghin u fis-snin tmenin, Joseph beda jsuq fil-korsa tal-Marsa dawk iz-zwiemel importati minn huh. Fost dawn huwa semma lil Nenoniac, li bih kellu hames rebhiet infila u Ke Pepere li hu ddeskriva fost l-aktar ghal qalbu, ziemel mill-isbah li bih rebah aktar minn tnax –il tigrija. “Ke Pepere kien ziemel specjali li jsahhrek anki thares lejh,” qal Joseph Seychell.

Fis-snin ta’ wara, hu ttrijonfa wkoll f’tigrijiet b’Iso de Pont, Speedy Starlight u Oedipe de Farchat. Ghalkemm kellhom kemm zwiemel Francizi u anki Skandinavi, illum il-membri tal-familja Seychell jippreferu zwiemel Francizi. Dan mhux biss minhabba li jistghu jiehdu sehem f’aktar kampjonati izda anki ghax iqisuhom zwiemel ta’ aktar stamina u strapazz.

Dwar Okilaibo, Joseph Seychell stqarr li hu akkwistah bl-ghajnuna ta’ Johan Axisa, habib tal-familja u sid Kakisis. Axisa kien heggu jara tigrija ta’ Okilaibo u “mill-ewwel laqatni ghax deher ziemel konsistenti, fuq il-giri, kellu sprint qawwi hafna u wettaq medji tajbin fuq kull distanza u f’koros Francizi differenti.”
Aktar tard, iz-ziemel inxtara bl-ghajnuna ta’ Raymond Micallef u kien hu li ghamilha ta’ medjatur bejn is-sidien Francizi u l-familja Seychell. Bejn is-sidien Maltin u Francizi baqa’ kuntatt kontinwu. “Kull darba li jigri z-ziemel, l-ex sidien ta’ Okilaibo dejjem icemplu lil Micallef u jistaqsuh kif ikun mar u jekk ghandnix bzonn xi haga,” ikkonferma Charles Seychell.

Il-boghod mill-korsa, Okilaibo huwa ziemel kalm hafna u stajt nosserva li ma jinhasadx mill-istorbju tal-karozzi. Charles qalli li kull fil-ghodu, hu stess, jew missieru jew John jaghtu lil Okilaibo tahrig ta’ siegha fit-triq u wara jidhalla gurnata shiha mitluq f’paddock li l-familja Seychell ghamlitlu apposta.

Mal-membri tal-familja Seychell ma stajtx ma niddiskutix ir-rebh taz-zewg finali li kellu Okilaibo ftit tal-gimghat ilu. “Fl-ewwel finali tal-Prix de Vincennes emminna li kellna cans zghir li z-ziemel seta’ johrog rebbieh ghax kien qieghed ikollu wirjiet tajbin. Fit-tieni finali, iz-ziemel kellu avversarji godda u iebsin izda r-rizultat tal-ewwel finali imliena bil-kuragg u l-isprint li kellu fil-bidu ta’ din it-tieni finali ghinu mhux ftit biex jiehu pozizzjoni tajba sa mill-bidu nett u fuq kollox biex johrog rebbieh,” qal John Seychell.

Mertu tas-success ghandu jiehdu wkoll is-sewwieq Ghawdxi Julian Farrugia li mal-ahwa Seychell u missierhom jiddiskuti kull gimgha mhux biss it-tahrig taz-ziemel izda anki t-tattika u s-sistema tas-sewqan tieghu. Dwar il-futur ta’ Okiliabo Joseph Seychell ikkonfermali li ghalkemm ghadhom ma hadux decizjoni hu u wliedu qieghed jippjanaw li z-ziemel jirritorna jikkompeti fl-ewwel heats li jmiss tal-oghla klassi. Matul iz-zjara tieghi fl-istalel Seychell stajt ninnota kemm Joseph u wliedu ghandhom ghal qalbhom lil Okilaibo u kemm iqisuh wiehed tal-familja. Nawguralhom li fil-gimghat li gejjin dan iz-ziemel ikompli jaghtihom aktar success kif fil-fatt haqqhom.

Internazzjonali – Mack Grace SM fi klassi ghalih f’Cesena

Ftit tal-jiem ilu fil-korsa ta’ Cesena fl-Italja saret l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-kampjonat Ewropew li kien fuq zewg heats fuq distanza ta’ mil u f’kaz li jkun hemm zewg rebbieha differenti fil-heats issir finali bejn iz-zewg rebbieha. Din is-sena ma kienx hemm bzonn li ssir il-finali minhabba li z-zewg heats intrebhu mit-Taljan Mack Grace SM li kien misjuq minn Roberto Andreghetti.

Fl-ewwel heat Mack Grace SM qasam il-linja finali quddiem Osasco di Ruggi (Roberto Vecchione) u Owen CR (Pietro Gubellini). Pick Kronos (Antonio Greppi) temm ir-raba’.

Fit-tieni heat Mack Grace SM xejjen fl-ahhar metri l-isfida ghal darba ohra ta’ Owen CR (Pietro Gubellini) u
Osasco di Ruggi (Roberto Vecchione). Nicholas Cage (Antonio Farolfi) dahal ir-raba’. Fiz-zewg okkazjonijiet Mack Grace SM kellu medja ta’ 1.12.1” u 1.12.7” rispettivament. B’hekk Mack Grace SM, ta’ seba’ snin, ikkonferma li ghadu wiehed mill-aqwa zwiemel li hemm bhalissa fil-peninsula Taljana.

Rekord iehor fil-Kanada ghal Royalty for Life

Misjuq minn Brian Sears, l-Amerikan Royalty for Life, iben Rc Royalty u Bourbon N Grits, rebah il-finali tal-Canadian Trotting Classic li kellha premju ta’ 686 elf dollaru Amerikan. Dan iz-ziemel ghamel id-distanza ta’ mil f’medja ta’ 1.09.9” u b’hekk ikkonferma li hu fost l-aktar zwiemel ta’ tliet snin veloci fl-Amerika ta’ Fuq
Imharreg minn George Ducharme, Royalty For Life temm rebbieh minn Your So Vain (R. Waples) u All Laid Out (Y. Gingras).

Bil-hin registrat, Royalty For Life lahaq ir-rekord ta’ Market Share u ta’ Lucky Chucky imwaqqfa fl-2009 u l-2010 rispettivament. Dan kien is-sitt success ghal Royalty For Life din is-sena. Sal-lum fil-karriera tieghu rebah il-fuq minn 1.560,231 dollaru Amerikan. Dan iz-ziemel naqqax ukoll ismu fl-istorja meta sar is-seba’ ziemel fi tnax –il sena li rnexxilu jirbah it-tigrijiet Hambletonian fl-Istati Uniti u l-Canadian Trot fl-istess sena.

Lokali – Laqgha ta’ tigrijiet illum

Fil-korsa tal-Marsa, llum wara nofsinhar se ssir il-laqgha tradizzjonali ta’ tigrijiet tal-ponijiet u tat-trott fl-okkazjoni tal-festi tal-Indipendenza. Dan huwa wiehed mill-aktar programmi imfittxija mid-dilettanti tal-ponijiet matul is-sena. Dawn it-tigrijiet se jkunu organizzati mill-Malta Racing Club.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives