
Il-leggendarju Varenne flimkien mas-sewwieq Gian Paolo Minnucci, it-trainer Jori Turja u l-veterinarju Pio Iannarelli
Dan hu l-artiklu tieghi fir-rubrika Trott u Galopp li deher fil-gazzetta Il-Mument il-Hadd 29 ta’ Settembru 2013
Dan l-ahhar fil-kamp tat-tigrijiet internazzjonali qamet diskussjoni dwar min hu l-ahjar ziemel bejn it-Taljan Varenne li gie rtirat ftit tas-snin ilu u l-Franciz Ready Cash, li bhalissa hu kkunsidrat fost l-aqwa zwiemel fil-kontinent taghna. F’din id-diskussjoni intalbet ukoll l-opinjoni tal-ekonomist Amerikan Jerry Connors li ntalab ukoll jikteb artiklu fil-magazine Amerikan Harness Racing. Connors ghamel studju mhux biss dwar il-prestazzjoni ta’ dawn iz-zewg zwiemel izda anki dwar it-tigrijiet u l-premijiet li rebhu.
Connors ha in konsiderazzjoni wkoll li Varenne u Ready Cash grew f’perjodi u zmienijiet differenti u rebhu tigrijiet b’rati ta’ kambju li varja minn pajjiz ghall-iehor. Wara li temm ir-ricerka tieghu, Connors ikkonferma li sal-lum Varenne xorta jibqa l-aqwa zwiemel ta’ kull zmien f’dak li hu rebh tal-aqwa tigrijiet madwar id-dinja u rebh ta’ flus. Skont Connors, Varenne ghadu fl-ewwel post bi premijiet li jlahhqu s-somma ta’ €5.536,255.
Warajh Connors ma poggiex lil Ready Cash izda lid-debba Amerikana Moni Maker b’ €5.589.256 fi premijiet. F’din il-klassifika, Ready Cash jinsab it-tielet b’ €5.428.917. Warajhom insibu lil Foiled Again, Jag De Bellouet u Commander Crowe. Minn dawn iz-zwiemel li nsibu fil-lista, Ready Cash u Commander Crowe ghadhom jigru b’mod regolari u ghad ghandhom ic-cans li jaqbzu lill-leggendarju Varenne. Varenne, jew kif inhu maghruf bhala il Capitano kien misjuq dejjem minn Gian Paolo Minnucci u kien imharreg mill-Fillandiz Jori Turja.
Il-pjanijiet futuri ta’ Ready Cash
Intant dan l-ahhar intqal li t-trainer ta’ Ready Cash, Thierry Duvaldestin u sid iz-ziemel, Philippe Allaire ddecidew li s-sena d-diehla z-ziemel mhux biss jerga jiehu sehem fil-famuza Prix d’Amerique li ssir fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza f’Jannar li gej, izda anki jigi trasferit lejn l-Istati Uniti biex jigri fl-aqwa tigrijiet t’hemmhekk. Wara li rebah aktar minn erba’ miljun ewro fi premjijiet hemm programmat li fl-Amerika ta’ Fuq, Ready Cash jiehu sehem f’tigrijiet ewlenin bhal Maple Leaf Trot u n-Nat Ray. Ta’ min wiehed jinnota li fl-ahhar snin Ready Cash, taht il-gwida ta’ Franck Nivard rebah darbtejn il-famuza Amerique.
Success ghal Sebastian K qabel ma jigi trasferit
Qabel ma fil-jiem li gejjin jigi trasferit lejn l-Istati Uniti, l-Izvediz Sebastian K irnexxilu jirbah kompetizzjoni ewlenija ohra li saret fil-korsa ta’ Aby fl-Izvezja. Din kienet l-Aby Stora Pris fuq zewg heats fuq distanza ta’ mil, bil-partecipazzjoni tal-istess zwiemel, u f’kaz li z-zewg heats ikollhom rebbieha differenti ssir finali bejn ir-rebbieha tal-heats, tliet tigrijiet kollha fl-istess jum.
Fil-jiem li gejjin, it-trainer taz-ziemel, Ake Svanstedt, se jmur jahdem ghal kollox fl-Istati Uniti u mistenni jiehu mieghu numru ta’ zwiemel, fosthom lill-istess Sebastian K li jigi iben l-istaljun Korean. Sebastian K rebah ghat-tieni sena nfila din il-kompetizzjoni wara li fil-finali bejn zewg zwiemel u taht il-gwida tal-Fillandiz Jorma Kontio ghileb lil Save The Quick f’medja ta’ 1.11.5” fil-kilometru. Intant, aktar qabel fl-ewwel heat kienet il-Franciza Save The Quick li f’idejn Bjorn Goop temmet l-ewwel f’medja ta’ 1.10.3” fil-kilometru u mill-veteran Commander Crowe. It-tieni heat intrebhet minn Sebastian K f’medja ta’ 1.12” fil-kilometru u quddiem l-istess Save The Quick u Commander Crowe.
Discussion
No comments yet.