//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Mument

Absolut Spender u Shakira Trot jittrijonfaw fil-Premier

Absolut Spender (Brian Hili) winning one the class Premier races held on Friday

Absolut Spender (Brian Hili) winning one the class Premier races held on Friday

L-44 programm tas-sena li sar il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kellu jkun wiehed mill-aktar interessanti, izda sfortunatament kellu jitwaqqaf hesrem qabel il-bidu tal-ahhar tigrija minhabba l-kundizzjoni tal-korsa, li hzienet mhux ftit minhabba x-xita kontinwa li nizlet ftit minuti qabel.

Issa t-tigrija posposta se ssir illum u tkun l-ahhar wahda tal-gurnata. Intant il-programm tal-Gimgha mhux biss inkluda zewg tigrijiet normali tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m, tigrijiet li ntrebhu minn Absolut Spender u Shakira Trot izda matulu nghata wkoll il-bidu ghal zewg kampjonati ghal zwiemel Francizi. Dawn qieghed isiru fuq distanza twila ta’ 2640m u kienu l-Prix de Cabourg ghal zwiemel tal-klassi Silver u l-Prix de Cagnes Sur Mer ghal dawk il-Francizi mill-klassi Bronze.

Fl-ewwel tigrija tal-klassi Premier, id-debuttanta Taljana Madam di Poggio (Julian Farrugia) kellha l-kmand ghal parti twila tad-distanza, izda fid-dritta finali ma setghet taghmel xejn quddiem il-qawwa ta’ Absolut Spender (Brian Hili). Dan tal-ahhar mar quddiem u ma naqasx milli jiehu r-raba’ rebha tas-sena b’Orion du Vaumicel (Frencu Cassar) u Ygor Of Pass (Tony Demanuele) jtemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Start Brodde kien iz-ziemel li qasam il-linja finali l-ewwel fit-tieni tigrija Premier li saret f’xita kontinwa. Izda aktar tard il-gurija skwalifikat lil dan iz-ziemel biex ir-rebha nghatat lil Shakira Trot (Rodney Gatt) li kienet temmet fit-tieni pozizzjoni. B’hekk din id-debba Zvediza irregistrat t-tielet rebha stagonali minn Vanmaker Limburgia (Charles Camilleri) u Oltedo de Rieux (Noel Baldacchino). Sultan November (Shawn Portelli) dahal ir-raba’

B’kollox saru hames heats mill-kampjonati tal-Francizi li ghal darba ohra qieghed ikunu organizzati bl-ghajnuna tal-assocjazzjoni Franciza Societe’ du Cheval Francais. Fl-ewwel wahda tal-klassi Silver, Partisan de Bouere (Brian Hili) kien ghal hafna metri quddiem u ghalkemm dan qasam il-linja finali l-ewwel spicca skwalifikat. B’hekk ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Petit Pierricais (Raymond Schembri) quddiem Quio de Nappes (Julian Farrugia), Milano du Gite (Clint Vassallo) u Queops de Retz (Emmanuel Fenech) li kollha ghaddew ghas-semi finali. Ghal Petit Pierricais din kienet l-ewwel rebha fi xtutna.

Attakk mibdi meta z-zwiemel daru ghad-dritta finali waqt it-tieni heat Silver, wassal lil Quaroldo (Brian Zammit) biex jirregistra l-hames rebha tas-sena facilment b’distakk ta’ tul u nofs minn Pirate d’Urzy (Eugenio Bondin). Pittacos (Christian Xerri) u Orio de Marancourt (Frencu Cassar) ikkwalifikaw ukoll ghall-fazi li jmiss.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Claude Carnevale (C. Camilleri) Hin – 2.46.6” (1.17.9”) 2. Marathon d’Isques (J. Farrugia) 3.Minou de Perdriat (C. Farrugia) 4. Hotcehmin (W. Spiteri)

II Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Sir Malouin (K. Saliba) Hin – 3.26.9” (1.18.4”) 2. Norfolk de Gouerie (C. Calleja) 3. Qumran de la Motte (F. Cassar) 4. Lys des Etroits (B. Hili)

III Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Polytain (N. Baldacchino) Hin – 3.23.6” (1.17.1”) 2. Quivan de Visais (B. Zammit) 3. Oscar des Racques (C. Camilleri) 4. Quitus Beauregard (P. Calleja)

IV Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Petit Pierricais (R. Schembri) Hin – 3.23” (1.16.9”) 2. Quio de Nappes (J. Farrugia) 3. Milano du Gite (C. Vassallo) 4. Queops De Retz (E. Fenech)

V Tigrija. Heat Prix de Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Petit Veinard (N. Baldacchino) Hin – 3.28.5” (1.19”) 2. Lorenz De Noyelles (R. Gatt) 3. Mezio Josselyn (V. Fenech) 4. Quimper de l’Iton (T. Demanuele)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Absolut Spender (B. Hili) Hin – 2.43.6” (1.16.4”) 2. Madam Di Poggio (J. Farrugia) 3. Orion Du Vaumicel (F. Cassar) 4. Ygor Of Pass (T. Demanuele)

VII Tigrija. Heat Prix de Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Quaroldo (B. Zammit) Hin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 3. Pittacos (C. Xerri) 4. Orio De Marancourt (F. Cassar)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Shakira Trot (R. Gatt) Hin – 2.43.1” (1.16.2”) 2. Vanmaker Limburgia (C. Camilleri) 3. Oltedo De Rieux (N. Baldacchino) 4. Sultan November (S. Portelli)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives