//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Malta, Trot

Jum memorabbli ghal Michael Sultana

Pearl Storm, misjuq minn Michael Sultana jidher jirbah it-tigrija tal-galopp li saret l-Erbgha festa pubblika (Ritratt Patrick Gatt)

Pearl Storm, misjuq minn Michael Sultana jidher jirbah it-tigrija tal-galopp li saret l-Erbgha festa pubblika (Ritratt Patrick Gatt)

It-tigrija ewlenija li saret l-Erbgha festa pubbika fil-korsa tal-Marsa, kienet wahda riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza maratona ta’ 3140m. Din intrebhet mill-Franciz Oltedo De Rieux u ghamlet parti mill-ghaxar programm tas-sena fuq ghaxar tigrijiet b’wahda tkun ghal zwiemel tal-galopp. Minghajr dubju, il-laqgha tal-lbierah tibqa’ wahda memorabbli ghal jockey u sewwieq zghazugh Michael Sultana. Dan minhabba li permezz ta’ Grace Party u Pearl Storm, Sultana dahal fl-istorja ta’ dan l-isport meta rnexxilu jittrijonfa f’tigrija tat-trott u f’ohra tal-galopp fl-istess programm.

L-uniku tigrija tal-klassi Premier kienet kumbattuta u eccitanti sat-tmiem. Hawnhekk dwell matul l-ahhar 400m bejn Oltedo De Rieux (Charles Camilleri) u Pat De Fontaine (Noel Baldacchino) wassal lil tal-ewwel biex jirregistra l-ewwel rebha tas-sena. Over Oaks (Carl Caruana) u Zalgado Transs R (Nicholas Bonello) kellhom ukoll pjazzament tajjeb fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Il-programm inkluda zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, attakk mibdi matul l-ahhar 500m wassal lil Nevaio Des Bordes (Claudio Refalo) biex jiehu l-ewwel success tas-sena minn Blizzard Ad (Frencu Cassar). Reader JYL (Noel Baldacchino) ukoll ha l-ewwel rebha stagonali fit-tieni tigrija Gold wara sprint qawwi fid-dritta finali.

Fl-uniku tigrija tal-galopp, hadu sehem hames zwiemel. Michael Sultana pogga lill-favorit Pearl Storm komdu quddiem matul l-ahhar 300m u dan ha t-tielet rebha minn daqstant dehriet f’Malta b’mod mill-aktar facli u b’vantagg ta’ aktar minn hames tulijiet minn Ollie Fliptrik (Eric Zammit) u Cheeky Jack (Charles Vella).


Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Mystic River (F. Casha) Hin – 4.12.4” (1.20.4”) 2 Robin Lou (C. Refalo) 3. Pine Wood Harry (C. Calleja) 4. Brokkur TYC (P. Farrugia)

II Tigrija. Klassi Copper. Dist – 3140m. 1. Dreamed Victory (C. Degiorgio) Hin – 4.09” (1.19.3”) 2. Mirage D’Ete (M. Mifsud) 3. Noble d’Urzy (L. Mifsud) 4. Ocean Gede (I. Bilocca)

III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Grace Party (M. Sultana) Hin – 4.10.1” (1.19.6”) 2. Pacha De Sassy (O. Cauchi) 3. Ouraki Du Drochon (D. Casha) 4. Above Roland (R. Vella)

IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1750m. 1. Pearl Storm (M. Sultana) Hin – (1.48.5”) 2. Ollie Fliptrik (E. Zammit) 3. Cheeky Jack (C. Vella)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Quipo Du Tronquay (N. Baldacchino) Hin – 4.08.9” (1.19.3”) 2. Solo d’Occagnes (J. Briffa) 3. Landi Breton (M. Falzon) 4. Adream Wish (J. Gafa’)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Nevaio Des Bordes (C. Refalo) Hin – 4.04.6” (1.17.9”) 2. Blizzard Ad (F. Cassar) 3. Why Not As (C. Caruana) 4. Troy Boshoeve (S. Vella)

VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Titus Du Rib (A. Farrugia) Hin – 4.08” (1.19”) 2. Querido Censerie (C. Degiorgio) 3. Loustic d’Anjou (J. Farrugia) 4. Napolitano Sun (D. Ellul)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Oltedo De Rieux (C. Camilleri) Hin – 3.57.2” (1.15.6”) 2. Pat De Fontaine (N. Baldacchino) 3. Over Oaks (C. Caruana) 4. Zalgado Transs R (N. Bonello)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 3140m. 1. Qumran De La Motte (F. Cassar) Hin – 4.07.9” (1.19”) 2. Paco (C. Xerri) 3. Maleo As (J. Muscat) 4. Reve De Nieul (G. Farrugia)

X Tigrija. Klassi Gold. Dist – 3140m. 1. Reader JYL (N. Baldacchino) Hin – 4.05.9” (1.18.3”) 2. Presidential (B. Hili) 3. Count Of Life (C. Refalo) 4. Pissaro (C. Vassallo)


Charles Camilleri premjat

Is-sewwieq Charles Camilleri ser jiġi ppremjat bħala l-aħjar ġerrej għax xahar Jannar/Frar.

Matul dawn ix-xahrejn saru total ta’ 6 programmi li fihom Camilleri saq 37 darba fejn ħareġ rebbieħ 7 darbiet u pplejsja fi 13 il-tiġrija. Fl-aħħar programm tax-xahar ta’ Frar huwa rnexxielu jirbaħ 3 tiġrijiet.

Charles Camilleri għandu 42 sena u s-sena l-oħra kien il-ġerrej tax-xahar t’April. B’aktar minn 3500 tiġrija fis-serkin u kwazi 500 rebħa, Camilleri kien l-aqwa ġerrej tal-Malta Racing Club 4 darbiet fl-2004, 2005, 2006 u 2009 u f’dawn l-aħħar 4 staġuni dejjem spiċċa fit-tieni post. Bħalissa jinsab fil-quċċata tal-klassifika.

Apparti plakka ta’ tifkira, Charles Camilleri ngħata flixkun whiskey Johnnie Walker Red Label grazzi għall-isponsors M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd u l-Marketing Manager tagħhom is-sur Alfred Braddick.

Charles Camilleri honoured at the Marsa Racetrack

On Wednesday during the horse racing programme, Charles Camilleri will be honoured as the driver of the month for January/February.

During these two months a total of 6 programmes were held during which Camilleri drove 37 times registering 7 victories and placing in 13 races. During the last programme for February he even managed to win 3 races.

42-year old Charles Camilleri was awarded this honour during April of last year. With over 3500 races in the sulky and nearly 500 victories, Camilleri was also champion driver 4 times during the seasons 2004, 2005, 2006 and 2009. In the past four seasons he always finished in second place but he is currently leading the champion driver classification.

Apart from being presented with a commemorative plaque, Charles Camilleri will be receiving a bottle of Johnnie Walker Red Label thanks to the sponsors M.Demajo (Wines & Spirits) Ltd and their Marketing Manager Mr Alfred Braddick.

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives