//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Rebha Olandiza fil-kampjonat internazzjonali

Samantha Stalker, Sophie Blancheterie u Ilaria Vecchi premjati fi tmiem il-kampjonat (Ritratt Patrick Gatt).

Samantha Stalker, Sophie Blancheterie u Ilaria Vecchi premjati fi tmiem il-kampjonat (Ritratt Patrick Gatt).

L-Olandiza Samantha Stolker rebhet l-edizzjoni 2014 tal-kampjonat internazzjonali ghal sewwieqa nisa li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa. Dan il-kampjonat kien organizzat fuq zewg heats fuq distanza ta’ 2140m. Fih hadu sehem tnax -il sewwieq minn diversi pajjizi Ewropej b’Malta tkun rapprezentata minn Lorraine Cunningham. Il-programm tal-Gimgha kien jikkonsisti minn ghaxar tigrijiet tat-trott.

Is-sewwieqa li ppartecipaw f’din il-kompetizzjoni nternazzjonali saqu f’zewg tigrijiet miftuha ghal zwiemel tal-klassi Copper u Silver. Fl-ewwel wahda tal-klassi Copper, Lorraine Cunningham poggiet lil Monte Cinto Mag quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija u matul l-ewwel metri dan iz-ziemel Franciz fetah vantagg zghir minn Stormy Sand (Monica Sahlgren Frommel – Svezja) u Fuoco Nel Fuoco (Pamela Westgeest – Olanda). Izda t-tigrija bidlet l-andament taghha hekk kif iz-zwiemel qabdu d-dritta finali taghhom. Monte Cinto Mag beda jnaqqas mill-giri u dlonk inqabez minn Hotchemin (Samantha Stolker – Olanda) li qasam il-linja finali l-ewwel minn Nympheta De Bisoir (Ilaria Vecchi – Italja). Stormy Sand u Monte Cinto Mag kellhom jikkuntentaw bit-tielet u r-raba’ pozizzjoni. Ghal Hotchemin dan kien l-ewwel success tas-sena.

It-tieni heat, riservata ghal zwiemel tal-klassi Silver, zviluppat f’wahda eccitanti u interessanti sat-tmiem. Hawnhekk kien hemm taqtiegha kontinwa bejn hames zwiemel fid-dritta finali bl-Estonjana Natalia Abdalla twassal lill-kwotata Darling Sjohammar biex tiehu t-tieni success f’Malta bi ftit minn Love Heart (Sophie Blancheterie – Franza). Id-debuttant Franciz Roc Magister, f’idejn l-Olandiza Samantha Stolker, kellu wkoll debutt felici meta temm fit-tielet pozizzjoni minn Lucas Ness (Lorraine Cunningham).

Fi tmiem din it-tieni heat, Samantha Stolker tal-Olanda giet iddikjarata r-rebbieha finali ta’ dan il-kampjonat bi 32 punt. Fil-klassifika generali, il-Franciza Sophie Blancheterie temmet it-tieni b’24 punt quddiem it-Taljana Ilaria Vecchi bi 23 punt. Dawn is-sewwieqa gew premjati mis-Segretarju Parlamentari ghall-Isport Chris Agius fil-prezenza fost l-ohrajn tac-chairman tal-MRC Matthew Brincat. Ta’ min wiehed jinnota li r-rapprezentanta Maltija temmet fil-hames post b’ghoxrin punt. Prezenti wkoll ghall-okkazjoni kien hemm il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista dwar l-isport Robert Cutajar.


Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Pacha De Sassy (H. McKay) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Roff Gy (N. Baldacchino) 3. Pactolgo (A. Farrugia) 4. Ogor (A. Cassar)

II Tigrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Rubis d’Olivier (C. Vassallo) Hin – 2.45.3” (1.17.2”) Rocky De Jervi (J. Said) 3. Pilote De Nganda (S. Blanchetiere) 4. Locton (J. Bartolo)

III Tigrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quoly (N. Baldacchino) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Quazoumax (A. Farrugia) 3. Quim Itou (Y. Briand) 4. Recif Du Layon (I. Bilocca)

IV Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Titus Du Rib (A. Farrugia) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Obscur De Busset (S. Portelli) 3. Lys De L’Oasis (J. Farrugia) 4. Quero Des Erablais (S. Galea)

V Tigrija. Heat Kampjonat Internazzjonali Sewwieqa Nisa. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hotchemin (S. Stolker – Olanda) Hin – 2.48.4” (1.18.7”) 2. Nympheta De Bisoir (I. Vecchi – Italja) 3. Stormy Sand (M. Sahlgren-Fromell – Svezja) 4. Monte Cinto Mag (L. Cunningham – Malta)

VI Tigrija. Heat Prix De Cabourg. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quipson (R. Gatt) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Quick Et Rare (J. Pace) 3. Rocking Gwen (C. Camilleri) 4. Rhodes Fortuna (Y. Briand – Franza)

VII Tigrija. Heat Kampjonat Internazzjonali Sewwieqa Nisa. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Darling Sjohammar (N. Abdalla – Estonja) Hin – 2.46” (1.17.5”) 2. Love Heart (S. Blanchetiere – Franza) 3. Roc Magister (S. Stolker – Olanda) 4. Lucas Ness (L. Cunningham – Malta)

VIII Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Pan Des Couperies (C. Camilleri) Hin – 2.43.5” (1.16.4”) 2. Quozak Prior (Y. Briand – Franza) 3. Quintet (B. Zammit) 4 Niky Du Donjon (J. Vella)

IX Tigrija. Heat Prix De Cagnes Sur Mer. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quid De Bellevue (N. Baldacchino) Hin – 2.44.4” (1.16.8”) 2. Seigneur Du Dropt (M. Sultana) 3. Notre Joyeaux (C. Camilleri) 4. Novak (T. Demanuele)

X Tigrija. Heat Prix d’Enghien. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Pile Ou Face (J. Schembri) Hin – 2.43.6” (1.16.5”) 2. Ollico Pellois (L. Ghigo) 3. Quelino d’Amour (C. Degiorgio) 4 Quito De Femisson (B. Zammit)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 530 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-7:30 ta' filgħaxija.

Sponsors


Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives