
Pat De Fontaine misjuq minn Noel Baldacchino jidher jirbah il-heat Premier (Ritratt Il-Mument – Media.Link Communications)
L-aktar tliet tigrijiet importanti li saru l-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa kienu zewg semi finali u heat minn zewg kampjonati ghal zwiemel Francizi fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn ghamlu parti mill-25 programm tas-sena fuq ghaxar tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. Iz-zewg semi finali kienu mill-Prix De Caen ghal zwiemel tal-klassi Copper u l-heat kienet mill-Prix De Vincennes ghal zwiemel tal-klassi Premier. Din il-heat Premier intrebhet minn Pat de Fontaine misjuq minn Noel Baldacchino.
Mill-heat Premier, erbgha ghaddew ghas-semi finali u b’kollox grew biss seba’ zwiemel. Matul l-ewwel battuti ta’ din il-heat osservajna l-kmand jalterna bejn diversi zwiemel fosthom Ourasi Diams (Emmanuel Fenech), Original Blue (Chris Cassar) u Nabab Du Chatelet (Charles Camilleri). Kien madwar 500m mill-linja finali li din it-tigrija hadet svolta ohra, b’Noel Baldacchino jitlob lil Pat De Fontaine izid fil-giri tieghu. Dan il-Franciz ta’ hdax –il sena mar quddiem hekk kif iz-zwiemel qabdu jaffrontaw id-dritta finali. Pat De Fontaine temm rebbieh facilment b’vantagg ta’ tul minn Pike Blue (Brian Hili) u Nabab Du Chatelet. Ourasi Diams kien l-ahhar ziemel li kkwalifika ghall-finali minn din il-heat. Ghal Pat De Fontaine dan kien it-tieni success tal-istagun.
Miz-zewg semi finali tal-klassi Copper ghaxar zwiemel ikkwalifikaw ghall-finali. Fl-ewwel wahda, Mirage d’Ete (Mark Mifsud) ha l-kmand wara ftit metri mill-bidu ufficjali tat-tigrija. Dan mexxa lill-kumplament taz-zwiemel sat-tmiem u qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Icare De Jemma (Tony Demanuele) u Ocean Gede (Mario Fenech). Libre Echange (Kurt Saliba) u Monticello (Emmanuel Bonello) ghaddew ukoll ghall-finali.
Quincy Angot (Patrick Spiteri) inqabez mir-rebbieh Uranium Des Arkads (Kurt Saliba) mitt metru mit-tmiem tat-tieni semi finali Copper. B’hekk iz-ziemel ta’ Saliba rregistra t-tielet rebha stagonali b’Pronto Du Lys (James Carabott), Nympheta De Bisoir (Jonathan Farrugia) u Olifant Du Puoy (Frans Tanti) ikollhom ukoll wirja pozittiva.
Ir-rizultati kollha.
I Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Rex Speed (J. Carabott) Hin – 3.25.4” (1.17.8”) 2. Remind De Luxlor (J. Farrugia) 3. Pema (Ch. Farrugia) 4. Newman (M. Caruana)
II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Sweep The Floor (M. Ellul) Hin – 3.29.3” (1.19.3”) 2. Quiara Magic (J. Farrugia) 3. Prince Du Moutier (S. Schembri) 4. Rower (T. Tanti)
III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1.Que Je T’Aime Rush (M. Refalo) Hin – 3.26.1” (1.18.3”) 2. Victory Pointer (C. Camilleri) 3. Roc Magister (K. Axisa) 4. Law Suit (L. Ghigo)
IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Quome d’Avignere (C. Refalo) Hin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Oregon Frontline (M. Sultana) 3. Bankir Zon (C. Vassallo) 4. Energy Launcher (O. Bonello)
V Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Count Of Life (C. Refalo) Hin – 3.24.1” (1.17.3”) 2. Quartz Dancer (C. Degiorgio) 3. Quioco Dry (J. Galea) 4. Veikko Hornline (J. Farrugia)
VI Tigrija. Semi Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Mirage d’Ete (M. Mifsud) Hin – 2.49.3” (1.19.1”) 2. Icare De Jemma (T. Demanuele) 3. Ocean Gede (M. Fenech) 4. Libre Echange (K. Saliba) 5. Monticello (E. Bonello)
VII Tigrija. Semi Finali Prix De Caen. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Uranium Des Arkads (K. Saliba) Hin – 2.46.6” (1.17.6”) 2. Quincy Angot (P. Spiteri) 3. Pronto Du Lys (J. Carabott) 4. Nympheta De Bisoir (J. Farrugia) 5. Olifant Du Puoy (F. Tanti)
VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Laval (C. Camilleri) Hin – 3.23.5” (1.17.1”) 2. Malewe (C. Caruana) 3. Quel Homme (N. Baldacchino) 4. Celebrity Photo (M. Cauchi)
IX Tigrija. Heat Prix De Vincennes. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Pat De Fontaine (N. Baldacchino) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Pike Blue (B. Hili) 3. Nabab Du Chatelet (C. Camilleri) 4. Ourasi Diams (E. Fenech)
X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Darling Sjohammar (S. Vella) Hin – 3.27.2” (1.18.5”) 2. Alfa Dream (J. Briffa) 3. Black Money Bir (E. Bezzina) 4. Paradis Du Lupin (R. Briffa)
Prezentazzjoni ghal Prieure
Il-Hadd waqt il-programm ta’ tiġrijiet li ser isir fil-Korsa tal-Marsa se jkun hemm prezentazzjoni lis-Sinjuri Julian Bezzina u Joseph Borg bħala sidien taz-ziemel Prieure li nhar l-Ħadd 4 ta’ Mejju sar l-aktar ziemel veloċi f’Malta.
Misjuq minn Charles Camilleri huwa rreġistra medja ta’ 1’12”7 fuq distanza ta’ 1640m f’tiġrija tal-Klassi Premier. Dan kien rekord ġdid fuq din id-distanza bir-rekord preċedenti ikun dak ta’ 1’13”1 imwettaq minn Hiracan de Brehan misjuq minn Noel Baldacchino nhar il-25 ta’ Marzu 2007 u ugwaljat minn Pajarito Nada misjuq minn Frans Tanti nhar id-9 ta’ Diċembru 2007.
Prieure huwa ziemel Franċiz ta’ 11 il-sena li ġie rreġistrat Malta lejn l-aħħar ta’ Marzu u għamel id-debut tiegħu fil-Heats tat-Tazza l-Kbira ta’ din is-sena fejn kien spiċċa fit-tieni post. B’kollox s’issa ġera 4 tiġrijiet li minnhom rebaħ tnejn inkluz l-aħħar tiġrija tiegħu.
Fi Franza huwa rebaħ total ta’ € 263,900 bl-aqwa ħin tiegħu ikun 1’13”8/km li wettaq fuq distanza ta’2000m nhar is-26 ta’ Diċembru 2012 fil-korsa ta’ Bordeaux. Dan ifisser li l-medja ta’ 1’12”7 mhux biss hija rekord nazzjonali izda wkoll l-aqwa ħin għaz-ziemel Prieure.
Prieure mistenni jipparteċipa fil-ħames tiġrija fil-programm tal-Ħadd li hija waħda kwalifikattiva għall-Prix de Vincennes.
Is-Sidien ser jiġu pprezentati b’ritratt u tifkira kommemorattiva sabiex jibqa mfakkar dan l-avveniment.
(Lorraine Cunningham – Public Relations & Media Officer Malta Racing Club)
Discussion
No comments yet.