//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument

Mark Cuschieri b’aktar rebhiet fl-Italja

Mark Cuschieri hdejn il-handler taz-ziemel wara s-success ta' Love In Motion.

Mark Cuschieri hdejn il-handler taz-ziemel wara s-success ta’ Love In Motion.

F’dawn il-jiem, zwiemel propjeta’ ta’ sidien Maltin qieghed ikollhom diversi successi f’pajjizi Ewropej differenti. Dan l-ahhar kien imiss lil Mark Cuschieri li jkollu successi importanti bi zwiemel tieghu tal-galopp stazzjonati fi Sqallija. Zewg zwiemel minn tieghu, Principe Di Malta u Love In Motion rebhu zewg tigrijiet importanti li saru fil-korsa tal-Mediterran f’Sirakuza fuq distanza qasira. Cuschieri minn dejjem kellu ghal qalbu t-tigrijiet tal-galopp u minhabba l-limitazzjonijiet ta’ pajjizna f’dan il-qasam iddecieda ftit tas-snin ilu li jiftah skuderija gewwa Sqallija.

Sentejn ilu Mark Cuschieri kien anki gie premjat b’award ghal successi fil-qasam internazzjonali. Dan waqt is-serata specjali tal-Malta Horse Racing Awards li kont norganizza jien stess. Ic-centru ta’ Mark Cuschieri jinsab fil-periferija tal-belt ta’ Sirakuza, ftit metri biss il-boghod mill-korsa tal-Mediterran. “Attwalment f’dan ic-centru ghandi 35 ziemel. Minn dawn 26 ziemel jinsabu fuq it-tahrig u lesti biex jikkompetu fit-tigrijiet,” qal Cuschieri.

Is-sid Malti zied jghid ukoll li mill-bidu tas-sena sal-lum kellu hmistax –il rebha u 28 pjazzament. Minn kemm ilu bi zwiemel fl-Italja kellu l-fuq minn hamsin rebha u qieghed fl-ewwel postijiet fil-klassifika tal-aqwa sidien ta’ zwiemel tal-galopp fl-Italja. “Meta tqis il-kompetizzjoni qawwija li hemm l-Italja nemmen li dan mhux rizultat hazin. Trid tiftakar ukoll li hafna minn dawn iz-zwiemel ma kienux zwiemel stabbiliti u preparati diga izda zwiemel li jien akkwistajt minghand breeders jew waqt xi irkant u preparajt bl-ghajnuna tal-hbieb u kollegi tieghi Taljani,” tenna Cuschieri. Hu fakkar ukoll li fl-Italja l-aqwa tigrijiet se jibdew jigu organizzati propju fil-gimghat li gejjin u jittama li dawn iz-zwiemel ikollhom aktar successi f’dawn it-tigrijiet tal-oghla livell.

Fl-ahhar xhur smajna diversi drabi li b’kuntrast ma’ pajjizi ohrajn, l-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel fl-Italja ghaddej minn krizi kbira. Izda huwa evidenti li dan il-fatt ma qatax qalb Mark Cuschieri biex ikompli jinvesti flusu u jittanta xortih f’dan l-isport fl-Italja. “Jekk is-sitwazzjoni titjieb ikun tajjeb ghal kulhadd izda personalment ma nistax nilmenta. Sal-lum, ma kellix problem nircievi l-premijiet fi flus li nkun irbaht. Ma nircivihomx minnufih ghax dejjem jiehdu tliet xhur biex jinghatawlek izda fl-ahhar mill-ahhar dejjem jaslu,” ikkummenta Cuschieri.

B’wicci minn quddiem nghid li l-istalel u c-centru tat-tahrig li ghandu Mark Cuschieri fi Sqallija huma kkunsidrati fost l-aktar moderni u attrezzati li hemm f’din il-gzira. Il-hidma minn naha tas-sid Malti fuq dan il-post hija wahda ma taqta xejn.

“Fl-ahhar xhur komplejt intejjeb u nimmodernizza dan il-post. Illum ghandi korsa tar-ramel fuq elf metru li kuljum nuzaha ghat-tahrig taz-zwiemel. Ghamilt ukoll zona fejn fiha jinghataw hydro massaggi liz-zwiemel u anki pixxina biex iz-zwiemel inkunu nistghu nghumuhom fil-post stess u mhux noqoghdu nivvjaggaw bihom. Dan mhux kollox ghax ic-centru jinkludi wkoll horse walker u kamra b’lampi ultra violet ghal tip iehor ta’ massaggi,” zied jghid Mark.

Ghall-futur qieghed jippjana wkoll li johloq horse walker iehor li se jitpogga f’1.5 metri ta’ ilma bahar u anki stalla b’art li tivvibra. Dawn jintuzaw ghal zwiemel li jkollhom bzonn jirkupraw minn xi injury. “Dan ma jfissirx li m’ghandix inzomm saqajja mal-art, ghax dejjem hemm lok ghal titjieb kemm fic-centru u anki fir-rizultati. Huwa ghalhekk li ghandi dejjem inkun lest nixtri zwiemel godda ta’ kwalita’. Niehu l-opportunita’ biex nirriningrazzja lill-kollegi tieghi kollha kemm Maltin u anki Sqallin tal-appogg kollu ghax hu bis-sahha taghhom li wasslu dawn is-successi,” ikkonkluda Mark Cuschieri.

It-tkomplija tal-istagun posposta ghal darba ohra

Fi stqarrija mahruga s-Sibt il-Malta Racing Club habbar li t-tigrijiet li kellhom isiru illum gew kancellati biex b’hekk it-tkomplija tal-istagun 2014 rega gie pospost ghal darba ohra. L-istess stqarrija ziedet tghid li issa se jkun hemm kitba gdida miftuha ghall-klassijiet kollha u ghal zewg programmi li se jsiru l-Gimgha 17 u l-Hadd 19 t’Ottubru. Dawk is-sidien li kellhom il-kitba taz-zwiemel imhallsa ghal-lum din issa giet ikkreditata fil-kont taghhom.

Barra dan, il-kitba issa se tkun Premier (heats ghat-Tazza tal-President fuq 2140m u li jsiru il-Hadd); kitba tal-klassi Gold ghall-heats ghat-Tazza Johnnie Walker fuq 2140m li jsiru l-Gimgha; kitba ghal zwiemel mill-klassijiet Silver, Bronze u Copper (heats ghal Condition Races 2140m jew kampjonat tal-Harifa li jsiru wkoll il-Gimgha u l-Hadd li gej).

Ta’ min wiehed jinnota li fi tmiem il-gimgha li ghadda is-sidien u s-sewwieqa kellhom ic-cans li jharrgu ghall-ewwel darba z-zwiemel taghhom fil-korsa b’wicc ta’ ramel gdid. Izda l-maggoranza taghhom hassew li ghalkemm kien intefa ramel gdid matul is-Sajf iffinanzjat kollu mill-Malta Racing Club u sar ukoll xoghol essenzjali ta’ livellar, il-korsa xorta kienet ghadha mhux f’kundizzjoni tajba.

Barra dan, xi sewwieqa kkummentaw mieghi li z-zona tal-kurvi kienet kemmxejn perikoluza minhabba li fiha s-srieken bdew jizbilancjaw xi ftit izzejjed b’konsegwenza li setghu jwegghu z-zwiemel u jinholqu xi incidenti. Kien hemm min ikkummenta wkoll li wara sessjoni ta’ tahrig iz-zwiemel dehru li strapazzaw wisq u damu jiem biex irkupraw il-forma taghhom. F’din is-sitwazzjoni, ittiehdet id-decizjoni li minn nhar it-Tnejn jerga jsir xoghol iehor ta’ manutenzjoni fuq il-korsa biex is-sitwazzjoni tigi rrangata.

Brincat jibqa’ chairman

Skont ukoll informazzjoni li waslitli jidher li l-bierah fil-ghodu saret laqgha fl-ufficji tal-club fil-Marsa li tmexxiet minn Dr Matthew Brincat li jidher li rega bdilu u barra li rtira r-rizenja tieghu, lahaq ftehim mas-Segretarju Parlamentari ghall-Isport u se jibqa’ jokkupa l-kariga ta’ chairman. Mieghu dehru persuni ohra midhla ta’ dan l-isport li skont sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalulna li dawn se jkunu jaghmlu parti mill-kunsill il-gdid tal-Malta Racing Club.

Dawn huma Tony Demanuele (sewwieq, sid u trainer li kien diga membru fil-kunsill ta’ qabel), Tony Mallia (sid u sewwieq li minn rapprezentant tas-sidien u s-sewwieqa fil-kunsill precedenti issa nhatar rapprezentant tal-gvern) u Fidel Dalli (sewwieq ukoll li xi snin ilu kien ukoll membru tal-kunsill). Ma’ dawn ghandu jinghaqad ukoll l-Ghawdxi Gorg Farrugia (li fil-kunsill ta’ qabel kien responsabbli mill-progetti u manutenzjoni tal-korsa).

Flimkien dawn analizzaw l-istat tal-korsa u x-xoghol li hemm bzonn isir fil-jiem li gejjin. Jekk dan ikun konfermat allura jkun ifisser li mill-kunsill ta’ qabel ikunu twarrbu tliet ufficjali. Dawn huma Mark Vella (li kien Direttur tal-Finanzi u Marketing), Marco Millo (li kien Direttur responsabbli mill-kuntatti internazzjonali) u Joe Zerafa (Direttur responsabbli mit-tigrijiet tradizzjonali u registrazzjoni tal-ponijiet).

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 530 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-7:30 ta' filgħaxija.

Sponsors


Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives