//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

Oltedo De Rieux jittrijonfa fil-Premier

Oltedo De Rieux driven by Charles Camilleri winning the class Premier race on Friday (Photo Malta Racing Club)

Oltedo De Rieux driven by Charles Camilleri winning the class Premier race on Friday (Photo Malta Racing Club)

Fil-korsa tal-Marsa l-Gimgha fil-ghaxija nghata l-bidu ghall-kampjonat tat-Tazza San Frangisk ghal zwiemel tal-klassi Copper. Dan permezz ta’ erba’ heats fuq distanza qasira ta’ 2140m u li ghamlu parti mis-sbatax –il laqgha tas-sena fuq seba’ tigrijiet tat-trott. Barra dawn, il-programm inkluda wkoll tigrija tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 3140m u wahda fuq 2140m li fiha z-zwiemel mill-klassijiet Silver u Bronze kienu misjuqa minn sewwieqa dilettanti Maltin u ohrajn mill-korsa Zvediza ta’ Aby. It-tigrija Premier intrebhet mill-Franciz Oltedo De Rieux misjuq minn Charles Camilleri.

Sittax kienu z-zwiemel li ppartecipaw fit-tigrija Premier. Din giet deciza matul l-ahhar 700 metru. Kien f’dak il-hin li Oltedo De Rieux beda javvanza tajjeb fuq in-nahha ta’ barra. Dan mar quddiem u rnexxilu facilment jaqsam il-linja finali l-ewwel facilment b’tul u nofs minn Midnight Hall (Mario Fenech). Power Of Love (Jesmar’ Gafa’) u Quillian Joyeux (Amdrew Farrugia) dahlu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament. L-ewwel rebha tas-sena ta’ Oltedo De Rieux waslet f’medja ta’ 1.15.9” fil-kilometru.

Fit-tigrija bejn sewwieqa Maltin u sewwieqa dilettanti mill-korsa ta’ Aby, Charles Farrugia talab lill-Franciz Safari Des Hayes biex ihaffef il-pass matul l-ahhar 500 metru. Dan iz-ziemel irnexxilu jaqsam il-linja finali l-ewwel wara li xejjen l-isfida ta’ Paolin De Bannes misjuq minn Conny Gustafsson u Royal In (Leif Stenson). Notice As (Clint Vassallo) temm warajhom f’dik l-ordni.

Mill-erba’ heats Copper tnax –il ziemel ghaddew ghall-finali. Fl-ewwel heat Mario Falzon pogga lil Silvio Baldwin quddiem f’nofs id-dritta finali biex ha l-ewwel rebha stagjonali. Olifant Du Pouy (Charles Camilleri), inqabez f’nofs id-dritta finali tat-tieni heat minn Jens (Alex Magro) li ha t-tieni rebha tas-sena minn Nolan Streamline (Andy Mifsud). Fit-tielet heat, il-Franciz u favorit Voila Dry (Ivan Bilocca) ma naqasx milli jirregistra t-tieni rebha nfila wara li ha l-kmand dawra mit-tmiem. Sprint mibdi 300m mill-linja finali wassal lil Quatrain De Retz (Julian Farrugia) biex jirbah l-ahhar heat minn din l-istess kompetizzjoni.

Ta’ min wiehed jinnota li dan kien ukoll l-ewwel programm li gie organizzat taht it-tmexxija tac-chairman il-gdid tal-club Edwin Borg, li nhatar mill-gvern il-Hamis li ghadda flok Dr Matthew Brincat li kien tefa’ r-rizenja tieghu f’Dicembru li ghadda.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Sjohultets Tigra (D. Casha) Hin – 3.32” (1.20.3”) 2. Snubbelduns (M. Refalo) 3. TB’s Memories (R. Magro) 4. Adream Wish (M. Mifsud)

II Tigrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Silvio Baldwin (M. Falzon) Hin – 2.45.5” (1.17.4”) 2. Tornado Hornline (C. Camilleri) 3. Buckens Stjarna (T. Tanti) 4. Axia Maltaise (M. Axisa)

III Tigrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Jens (A. Magro) Hin – 2.47.6” (1.18.3”) 2. Nolan Streamline (A. Mifsud) 3. Olifant Du Puoy (C. Camilleri) 4. Loulou De La Rose (C. Caruana)

IV Tigrija. P and M Farrugia Amateur Race. Klassi Silver-Bronze. Dist – 2140m. 1. Safari Des Hayes (Ch. Farrugia) Hin – 2.43.8” (1.16.5”) Paolin De Bannes (C. Gustafsson – Zve) 3. Royal In (L. Stenson – Zve) 4. Notice As (C. Vassallo)

V Tigrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Voila Dry (I. Bilocca) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Libre Echange (P. Galea) 3. Uranus Du Cours (C. Camilleri) 4. Icare De Jemma (T. Demanuele)

VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 3140m. 1. Oltedo De Rieux (C. Camilleri) Hin – 3.58.3” (1.15.9”) 2. Midnight Hall (M. Fenech) 3. Power Of Love (J. Gafa’) 4. Quillian Joyeux (A. Farrugia)

VII Tigrija. Heat Tazza San Frangisk. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Quatrain De Retz (J. Farrugia) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Amiral Benault (R. Magro) 3. Darco As (M. Tanti) 4. Ocean Gede (M. Fenech)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 530 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-7:30 ta' filgħaxija.

Sponsors


Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives