
Popular and professional Swedish driver and trainer Bjorn Goop with Maltese owner Josef Cassar after winning an international race in Vincennes racetrack with Roibos
Matul il-jiem li ghaddew kien hawn fostna Bjorn Goop, it-trainer u sewwieq professjonali Zvediz ta’ fama mondjali. Goop, li kien mistieden tas-sidien Maltin Josef Cassar, Karl Debono u Etienne Carabott qatta’ ftit tal-jiem ta’ btala gewwa pajjizna. Mad-dilettanti u qarrejja regolari ta’ din ir-rubrika, Bjorn Goop m’huwiex xi isem gdid u minn zmien ghal zmien dejjem nirrappurtaw is-successi tieghu fil-qasam internazzjonali. Ma stajniex f’okkazjoni bhal din ma niltaqghux ma’ Bjorn Goop li minn naha tieghu tana wkoll din l-intervista esklussiva. Fix-xena tat-tigrijiet taz-zwiemel illum Bjorn Goop hu stmat daqs Cristiano Ronaldo jew Lionel Messi fil-qasam tal-football.
Bjorn Goop ghandu 39 sena u huwa bbazat vicin il-korsa ta’ Farjestad f’pajjizu stess. Fl-ahhar snin stabilixxa ruhu bhala wiehed mill-aqwa trainers mhux biss fl-Iskandinavja izda tista tghid madwar l-Ewropa. Matul l-ahhar ghaxar snin, Bjorn Goop temm dejjem l-ahjar sewwieq fl-Izvezja u fil-fatt is-sena li ghaddiet biss rebah 369 tigrija. Dan mhux kollox ghax fl-2004, fl-2005 u fl-2006 u fl-2014 rebah ukoll it-titlu tal-ahjar sewwieq Zvediz.
Fost iz-zwiemel popolari li bihom Bjorn Goop kellu successi kbar wiehed jista jsemmi lil Conny Nobell, Makhtoub Jet, Thai Tanic, Timoko, Quarchio Du Chene, Sebastian K, Arch Madness, Libeccio Grif, Tumble Dust u Noras Bean. Dawn f’diversi pajjizi madwar l-Ewropa. Mistoqsi dwar iz-zjara tieghu f’Malta Bjorn Goop qal li kien ilu jahseb biex jigi ghal ftit jiem ta’ mistrieh f’pajjizna u kien jaf ukoll li hawnhekk kien se jkun milqugh tajjeb mid-dilettanti Maltin. Dan barra li Malta toffri wkoll ambjent sabih.
Tigrijiet f’Ghawdex
It-Tnejn li ghadda Bjorn Goop zar ukoll il-gzira Ghawdxija fejn kien prezenti wkoll ghal-laqgha ta’ tigrijiet organizzata fir-Rabat Ghawdex fl-okkazjoni tal-festa ta’ San Gorg. F’isem is-socjeta’ filarmonika La Stella din il-laqgha kienet ikkordinata b’mod professjonali minn Gorg Fenech u Giovann Cefai u gibdet lejn il-gzira Ghawdxija anki mijiet ta’ dilettanti, sidien u sewwieqa Maltin. “Kont vera impressjonat b’dan l-avveniment, impressjonajt ruhi wkoll dwar kemm il-Maltin u l-Ghawdxin ihobbu dan l-isport. Impressjonajt ruhi wkoll bil-mod kif is-sidien u s-sewwieqa preparaw ruhom ghal dan l-avveniment u bid-dedikazzjoni tal-organizzaturi. Inhossni fortunate li kont prezenti ghall-avveniment li hu xhieda tal-kultura u t-tradizzjoni tal-pajjiz,” tenna Bjorn Goop.
Skont Goop, avveniment bhal dan wera wkoll kemm il-Maltin ihobbu z-zwiemel u ddeskriva dawn it-tigrijiet tard filghaxija fl-isfond ta’ dwal tal-festa, bhala mod insolitu kif wiehed igawdi l-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel. Mitlub anki jikkummenta dwar kif trasformat ruhha il-karriera tieghu fl-ahhar snin, Bjorn Goop qalli li specjalment fl-ahhar sentejn hu ta priorita’ lill-interessi tas-sidien. Dan seta’ jsehh billi kkoncentra aktar fuq it-tahrig taz-zwiemel b’mod li ghin lis-sidien li fdaw iz-zwiemel taghhom f’idejh biex jirbhu aktar flus.
Successi f’diversi pajjizi
“Dan wassalni biex nipprepara numru ta’ zwiemel stabbiliti biex ikunu kompetittivi f’tigrijiet organizzati f’diversi pajjizi Ewropej. Fil-fatt fl-ahhar xhur, zwiemel imharrga minn Goop rebhu tigrijiet internazzjonali fl-Izvezja, Franza, Norvegja, Danimarka, Fillandja, Germanja, Olanda, Awstrija u anki l-Italja. Fost dawn wiehed jista jsemmi lil Roibos, ta’ Josef Cassar li fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza f’Jannar li ghadda rebah ukoll tigrija ewlenija waqt il-programm ta’ tigrijiet li sar fl-okkazjoni tal-Gran Prix d’Amerique.
Attwalment fic-centru tieghu fl-Izvezja, Bjorn Goop ghandu il-fuq minn mitt ziemel ghat-tahrig. Dawn jappartjenu lil aktar minn sebghin sid li m’humiex kollha Zvedizi. “Dan in-numru ta’ zwiemel ikompli jimlini bil-kuragg ghall-futur. Ma nistax ma nirringrazzjax lil dawn is-sidien li sena wara sena jkomplu juru l-fiducja taghhom lejja billi jafdawli z-zwiemel taghhom,” ikkummenta Bjorn Goop.
L-isport fl-Izvezja
Ma’ dan is-sewwieq u trainer popolari madwar id-dinja ma stajx ma niddiskutix ukoll l-istat tal-isport tat-tigrijiet taz-zwiemel bhalissa fl-Izvezja. “Bhal f’pajjizi ohra l-isport taghna f’pajjizi m’huwiex perfett. Izda dan ma jfissirx li m’hemmx interess fih. Kollox ma’ kollox il-poplu Zvediz ghad ghandu ghal qalbu dan l-isport, ghad ghandu ghal qalbu t-tigrijiet tat-trott u ghad hemm interess specjali fit-tigrijiet taz-zwiemel anki mill-isportivi ingenerali. Minn naha taghna dejjem nishqu mal-awtoritajiet dwar l-importanza li l-premijiet tat-tigrijiet jibqghu kostanti u f’certu kazijiet nemmnu li ghandu jkun hemm zieda fil-premijiet. Ovvjament din tibqa sfida mhux biss fl-Izvezja izda fil-pajjizi kollha,” ikkummenta Goop.
Izda t-trainer Zvediz ma qghadx lura milli izid ukoll li z-zieda fil-premijiet tiddependi wkoll mill-ammont ta’ imhatri li jigu milghuba fuq it-tigrijiet matul is-sena u anki minn fatturi ohra fosthom kompetizzjoni minn sport iehor li d-dirigenti tieghu wkoll jaghmlu pressjoni ghal aktar investiment. “Minn naha taghna dejjem nibqghu nishqu li t-tigrijiet taz-zwiemel f’pajjizi huwa tradizzjoni li ghandha tkompli tissahhah u mhux tiddghajjef,” qal Goop.
Centru fl-Izvezja u Franza
Finalment ma’ Bjorn Goop ma stajtx ma niddiskutix il-pjanijiet li ghandu personali ghall-futur. Hu sahaq li fix-xhur li gejjin se jibqa ghaddej bil-pjan tieghu li jkollu zewg centri tat-tahrig, wiehed fl-Izvezja u iehor fi Franza bhal kif kellu fix-Xitwa li ghaddiet. “Nista nghid li c-centru li ftaht fi Franza fix-Xitwa li ghaddiet kien success ghax dan tani c-cans li nkun kompetittiv mhux biss f’pajjizi izda anki fi Franza. Dan billi ttrasferejt lejn Franza numru ta’ zwiemel li kienu kompetittivi hemmhekk matul ix-Xitwa kollha. B’dawn kelli wkoll rebhiet ewlenin,” sostna Bjorn Goop.
Izda s-Sajf huwa z-zmien li Bjorn Goop jikkoncentra l-aktar fuq it-tigrijiet li jsiru f’pajjizu stess. Fil-fatt illum Goop se jkun impenjat f’numru ta’ tigrijiet organizzati fil-korsa ta’ Axevalla. Waqt l-intervista li tani stajt nosserva kemm Bjorn Goop huwa sportiv li ghalkemm lahaq il-quccata ta’ eta’ zghira xorta baqa’ jzomm saqajh mal-art u japprezza r-rispett u l-fiducja li juruh is-sidien li jafdawlu z-zwiemel taghhom. Prosit Bjorn !!
Discussion
No comments yet.