
Wiehed mill-isbah tmiem li kien hemm f’din il-laqgha ta’ tigrijiet. Quozak Prior (Redent Magro) jghaddi bi ftit lil Tenero (Andrew Farrugia). Ritratt Malta Racing Club
Wara l-waqfa annwali tas-Sajf, l-istagun 2015 tkompla l-Gimgha fil-korsa tal-Marsa bis-36 programm tas-sena fuq ghaxar tigrijiet tat-trott fuq distanza qasira ta’ 2140m. L-aktar tigrija importanti kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier u ntrebhet mill-favorit Quartz De Vindecy ta’ Carmelo Farrugia
Sittax kienu z-zwiemel miktuba fit-tigrija tal-oghla klassi. Zalgado Transs R (Nicholas Bonello) kien fost l-aktar zwiemel b’sahhithom wara l-karozza tat-tluq fejn wara ftit metri dan fetah vantagg zghir minn Quorum Quick taz-zaghzugh Gianluca Grech u Atomic Rapida (Paul Bonello). Kien madwar 600m mit-tmiem li Carmelo Farrugia qala’ minn nahat ta’ wara lill-kwotat Quartz De Vindecy. Dan ha kontroll assolut tat-tigrija hekk kif iz-zwiemel qabdu l-ahhar kurva taghhom u ttrijonfa bla tbatija u b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Zalgado Transs R u Atomic Rapida. Il-gdid Zvediz Mafioso (Mario Fenech), kellu debutt felici wkoll meta dahal fir-raba’ pozizzjoni.
Il-kumplament tat-tigrijiet tal-Gimgha kienu miftuha ghal zwiemel mill-klassijiet Gold, Silver, Bronze u Copper. Fl-ewwel minn zewg tigrijiet tal-klassi Gold, Roseau Du Hamel (Paul Galea) kien quddiem ghall-parti twila tad-distanza u qasam il-linja finali l-ewwel b’distakk ta’ tul u nofs minn Lazer Crown (Rodney Gatt). Ourasi Diams (Anthony Fenech) u Mission Di Poggio (Charles Camilleri) kellhom ukoll prestazzjoni tajba meta temmew warajhom f’dik l-ordni.
Dwell eccitanti bejn Quintet Du Vivier (Charles Camilleri) u Los Angeles (Josef Farrugia) fit-tieni tigrija tal-klassi Gold wassal lil tal-ewwel biex jakkwista t-tieni rebha nfila u t-tielet stagonali. Seul En Tete (Cliferty Calleja) u Cool Caviar (Julian Farrugia) spiccaw fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.
Ir-rizultati kollha.
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Simb Tyrant (J. Gafa’) Hin – 2.48.9” (1.18.9”) 2. Frida K (M. Farrugia) 3. Dreamed Victory (J. Zahra) 4. Prince Teemer (M. Bonnici)
II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Ogor (A. Cassar) Hin – 2.48.3” (1.18.6”) 2. Hotchemin (N. Spiteri) 3. Quero Des Erablais (F. Cassar) 4. Quatrain De Retz (J. Farrugia)
III Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Tricoloren (J. Farrugia) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. Uyong De Carsi (K. Agius) 3. Big Hit (R. Magro) 4. Julian Port (M. Ellul)
IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Quozak Prior (R. Magro) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Tenero (A. Farrugia) 3. Selestin (R. Schembri) 4. Tell You Off (M. Cauchi)
V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Rubis D’Olivier (N. Baldacchino) Hin – 2.44.8” (1.17”) 2. Zizazimoko (T. Demanuele) 3. Ratatoui (J. Gafa’) 4. Starfirefinnfemfel (J. Farrugia)
VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Roseau Du Hamel (P. Galea) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Lazer Crown (R. Gatt) 3. Ourasi Diams (A. Fenech) 4. Mission Di Poggio (C. Camilleri)
VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Across The Fire (M. Debono) Hin – 2.47.9” (1.18.4”) 2. Seigneur Du Dropt (M. Sultana) 3. Umbra Hornline (C. Camilleri) 4. Winner Farming (J. Bartolo)
VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Quartz De Vindecy (C. Farrugia) Hin – 2.41.1” (1.15.3”) 2. Zalgado Transs R (N. Bonello) 3. Atomic Rapida (P. Bonello) 4. Mafioso (M. Fenech)
IX Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quintet Du Vivier (C. Camilleri) Hin – 2.46.1” (1.17.6”) 2. Los Angeles (Jos. Farrugia) 3. Seul En Tete (C. Calleja) 4. Cool Caviar (J. Farrugia)
X Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. L.A. Tromb (R. Gatt) Hin – 2.42” (1.15.7”) 2. Mareld (J. Farrugia) 3. Livi Evergreen (M. Bonnici) 4. Style Prior (M. Ellul)
Discussion
No comments yet.