//
you're reading...
Horse Racing

It-tieni rebha nfila ghal Quipson fil-finali Bronze

Quipson driven by Rodney Gatt winning the Bronze final.

Quipson driven by Rodney Gatt winning the Bronze final.

L-aktar tigrija importanti li saret is-Sibt wara nofsinhar, festa pubblika, fil-korsa tal-Marsa kienet il-finali tal-kampjonat Assikura ghal zwiemel tal-klassi Bronze fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din il-finali ghamlet parti mit-tnax –il laqgha tas-sena fuq disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott u giet mirbuha minn Quipson misjuq minn Rodney Gatt.

F’din il-finali wara l-karozza tat-tluq grew b’kollox tnax –il ziemel. Matul l-ewwel metri ta’ din il-finali osservajna l-kmand jalterna bejn numru ta’ zwiemel sakemm kien Janitor (Julian Farrugia) li mar quddiem. Dan fetah vantagg zghir minn Rayon De Soleil (Mark Mifsud) u Quersis (Noel Baldacchino). Madanakollu, hekk kif iz-zwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali, Janitor beda jnaqqas mill-pass u dlonk inqabez minn numru ta’ zwiemel. Fost dawn kien hemm Quipson (Rodney Gatt) li ha t-tieni rebha nfila u stagjonali minn Uranium Des Arkads (Kurt Saliba) u Quersis. Voila Dry (Ivan Bilocca) temm ir-raba’. Fi tmiem din il-finali, Andrew Grech f’isem l-isponsors, ipprezenta t-trofew lil Rodney Gatt u Jonathan Zammit is-sewwieq u s-sid rispettivament taz-ziemel rebbieh. Quipson kellu medja ta’ 1.15.7” fil-kilometru.

Il-laqgha tas-Sibt inkludiet ukoll hames heats fuq l-istess distanza u li taw il-bidu ghall-kampjonat iehor, dak Krafft ghal zwiemel tal-klassi Silver. Minn dawn il-heats, ghoxrin ziemel ikkwalifikaw ghas-semi finali. L-ewwel zewg heats intrebhu minn Turbot De Renier (Ivan Bilocca) u Indeed Southwind (Kevin Sciberras) li t-tnejn li huma hadu t-tieni rebha f’Malta wara li kellhom sprint tajjeb matul l-ahhar 300m tat-tigrija rispettiva taghhom.

Speedaway (Charles Camilleri) hadet it-tieni rebha konsekuttiva u f’Malta fit-tielet heat mill-istess kampjonat u dan wara li fid-dritta finali xejnet l-isfida ta’ Showtime (Noel Baldacchino) u Britt Buitenzorg (Marco Debono). Fir-raba’ heat, kien l-Izvediz Fakir Haleryd (Raymond Schembri) li kien kontinwament quddiem biex akkwista t-tieni rebha stagjonali b’tul minn Sorcier d’Orient (Kurt Saliba). Id-debuttant Zvediz Global Offspring (Noel Baldacchino) irregistra l-ewwel rebha fi xtutna fil-hames u l-ahhar heat mill-istess kompetizzjoni. Baldacchino pogga lil dan iz-ziemel quddiem dawra mit-tmiem u ttrijonfa b’distakk kbir ta’ aktar minn tmien tulijiet quddiem il-veteran Count Of Life (Claudio Refalo).

Il-laqgha nkludiet ukoll tigrija finali tal-ponijiet shetland misjuqa minn tfal fuq 200 metru. Din intrebhet minn Off The Record misjuq minn Denilson Cortis.

Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Amiral Benault (P. Galea) Hin – 2.03” (1.15”) 2. Iliana (M. Debono) 3. Frida K. (M. Farrugia) 4. Pine Wood Harry (C. Calleja)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Sigurd Palema (C. Debono) Hin – 2.01.6” (1.14.1”) 2. Coquihala (Jos. Farrugia) 3. Sibenik (P. Galea) 3. Teddy Brador (C. Camilleri)

III Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Turbot De Renier (I. Bilocca) Hin – 2.45.5” (1.17.3”) 2. Quel Noir (C. Calleja) 3. Ramses De Tyrole (A. Cassar) 4. Remember Music (J. Farrugia)

IV Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Indeed Southwind (K. Sciberras) Hin – 2.43.9” (1.16.6”) 2. Toledo Gede (K. Saliba) 3. Reprise Arriba (R. Gatt) 4. Tenor De Froulay (P. Spiteri)

V Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Speedaway (C. Camilleri) Hin – 2.42.9” (1.16.1”) 2. Showtime (N. Baldacchino) 3. Britt Buitenzorg (M. Debono) 4. Prince Lu (Sh. Portelli)

VI Tigrija. Finali Kampjonat Assikura. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Quipson (R. Gatt) Hin – 2.42” (1.15.7”) 2.
Uranium Des Arkads (K. Saliba) 3. Quersis (N. Baldacchino) 4. Voila Dry (I. Bilocca)

VII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Quintillus (M. Mifsud) Hin – 2.00.7” (1.13.6”) 2. Big Ben (S. Cutajar) 3. Zalgado Transs R (N. Bonello) 4. Nashville Dancer (A. Farrugia)

VIII Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Fakir Haleryd (R. Schembri) Hin – 2.42.8” (1.16.1”) 2. Sorcier d’Orient (K. Saliba) 3. Suro Du Cornillet (N. Baldacchino) 4. Ratatoui (J. Gafa’)

IX Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Global Offspring (N. Baldacchino) Hin – 2.40.8” (1.15.1”) 2. Count Of Life (C. Refalo) 3. Howings Tia Maria (K. Gialanze’) 4. Holy Smoke (J. Briffa)


“Kont konxju li biex nirbah ridt inhalli kollox ghall-ahhar” – Rodney Gatt, sewwieq Quipson

Fi tmiem il-finali Bronze hadt kumment minghand is-sewwieq rebbieh Rodney Gatt fejn tenna li kien kuntent li f’din il-finali z-ziemel tieghu Quipson ha t-tieni rebha konsekuttiva. “Minhabba li wara l-karozza tat-tluq bdejt bin-numru disgha kont konxju li ma stajtx infittex pozizzjoni tajba u quddiem sa mill-bidu nett. Id-distanza tat-tigrija, dik ta’ 2140m, ippermettitli nibqa kalm u nhalli kollox ghad-dritta finali,” ikkonkluda Rodney Gatt filwaqt li rringrazzja lis-sidien taz-ziemel li dejjem urew fiducja fih.

Nico Oland jirritorna ghar-rebh fl-oghla klassi

It-tlettax –il laqgha tas-sena li saret il-bierah wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott. L-aktar wahda mistennija minn dawn kienet riservata ghal zwiemel tal-klassi Premier fuq distanza ta’ mil. Din intrebhet mid-Daniz Nico Oland ta’ Julian Farrugia. Barra dan, din il-laqgha rat it-tkomplija tal-kampjonat Krafft ghal zwiemel mill-klassi Silver permezz ta’ hames heats ohra fuq distanza qasira ta’ 2140m.

Fl-uniku tigrija tal-klassi Premier grew b’kollox hmistax -il zwiemel. Hekk kif inghata l-bidu ufficjali kien Brigadoon (Rodney Gatt) li mar quddiem u dan minnufih fetah vantagg zghir minn Quesito d’Or (Anton Cassar) u Nico Oland (Julian Farrugia). Madanakollu din it-tigrija hadet svolta ohra hekk kif l-ewwel zwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali. Dan ghax kien f’dak il-hin li Brigadoon beda jnaqqas mill-giri u nqabez minn Nico Oland li ha l-ewwel rebha tal-istagun minn Vejby Boom (Carl Caruana). Id-debuttant Franciz ta’ Emmanuel Fenech, Ramses De Vaudon, spicca fir-raba’ pozizzjoni. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.13.1” fil-kilometru.

Mill-hames heats tal-klassi Silver ghoxrin ziemel ikkwalifikaw ghas-semi finali. Fl-ewwel heat, il-kwotat Franciz Ollico Pellois (Noel Baldacchino) ha t-tieni rebha konsekuttiva tieghu wara li haffef fil-pass matul l-ahhar 300m tat-tigrija. Dan qasam il-linja finali l-ewwel bi ftit minn Royal Apanage (Redent Magro), Tomorrow Cut (Dolan Casha) u Alfa Dream (Rodney Gatt).

Dwell eccitanti u interessanti bejn l-Izvedizi Sitka Rod (Tony Demanuele) u Lajos Bellan (Noel Baldacchino) fid-dritta finali tat-tieni heat mill-istess kampjonat wassal lil tal-ewwel biex jirregistra l-ewwel rebha fi xtutna. Memory Chip (Julian Farrugia) u Paolin De Bannes (Rodney Gatt) ukoll kellhom wirja tajba meta spiccaw warajhom fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Fit-tielet heat tal-klassi Silver, il-Germaniz Herzbrecher (Rodney Gatt) kien il-hin kollu quddiem matul id-distanza ta’ 2140m. B’vantagg ta’ tul u nofs dan qasam il-linja finali l-ewwel mill-gdid Franciz Touareg Du Boscail (Noel Baldacchino). Lazer Crown (Matthew Farrugia) u Rio Du Gers (Clint Vassallo) dahlu warajhom f’dik l-ordni biex b’hekk ikkwalifikaw ukoll ghall-fazi li jmiss. Ghal Herzbrecher din kienet l-ewwel rebha tal-istagun.

Orage Du Pont (Julian Farrugia) beda jnaqqas mill-giri madwar 300m mit-tmiem tar-raba’ heat mill-istess kampjonat. Kien f’dak il-mument ukoll li dan il-Franciz inqabez mid-Daniz u favorit Razor Shadow li f’idejn is-solitu Nathaniel Barbara ma fallix milli jiehu t-tieni rebha tieghu stagonali. Ravageur De Payre (Carl Caruana) u Midnight Passion (Eric Bezzina) kienu zewg zwiemel ohra li kkwalifikaw minn din il-heat.

Fil-hames u l-ahhar heat, attakk maghmul erbgha fuq in-nahha ta’ barra u mibdi madwar 500m mit-tmiem wassal lil Rapide Du Matin (Emmanuel Spiteri) biex jiehu t-tielet rebha tas-sena u t-tieni wahda nfila minn Sirocco Kadesh (Noel Baldacchino) u Beckham Bob (Charles Camilleri). Regent De Tillard (Ramon Caruana) kien l-ahhar ziemel li ghadda ghas-semi finali wara li temm fir-raba’ post.

Saret ukoll tigrija tal-ponijiet shetland misjuqa minn tfal fuq distanza ta’ mitejn metru. Kif mistenni din intrebhet minn Daisy ta’ Cherise Farrugia. Sal-lum din id-debba rebhet is-seba’ tigrijiet kollha li hadet sehem fihom u ghadha imbattibli.


Ir-rizultati kollha

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 1640m. 1. Oscar Des Racques (C. Camilleri) Hin – 2.07.2” (1.17.5”) 2. Natalie Crown (V. Ghigo) 3. Niko De Chamant (S. Grixti) 4. Crazy Leg (T. Tanti)

II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 1640m. 1. Ruolo Di Azzurra (J. Farrugia) Hin – 2.04” (1.15.6”) 2. Petrus Du Vivier (R. Debono) 3. Babel Fish (Sh. Portelli) 4. Starfire Be A Man (S. Vella)

III Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Ollico Pellois (N. Baldacchino) Hin – 2.46” (1.17.6”) 2. Royal Apanage (R. Magro) 3. Tomorrow Cut (D. Casha) 4. Alfa Dream (R. Gatt)

IV Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Sitka Rod (T. Demanuele) Hin – 2.43.2” (1.16.3”) 2. Lajos Bellan (N. Baldacchino) 3. Memory Chip (J. Farrugia) 4. Paolin De Bannes (R. Gatt)

V Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Herzbrecher (R. Gatt) Hin – 2.45.1” (1.17.1”) 2. Touareg Du Boscail (N. Baldacchino) 3. Lazer Crown (M. Farrugia) 4. Rio Du Gers (C. Vassallo)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 1640m. 1. Atomic Rapida (P. Bonello) Hin – 1.59.4” (1.12.8”) 2. Sensei (N. Baldacchino) 3. One Photo (C. Camilleri) 4. Owens Gar (B. Zammit)

VII Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Razor Shadow (N. Barbara) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Orage Du Pont (J. Farrugia) 3. Ravageur De Payre (C. Caruana) 4. Midnight Passion (E. Bezzina)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 1640m. 1. Nico Oland (J. Farrugia) Hin – 1.59.8” (1.13.1”) 2. Vejby Boom (C. Caruana) 3. Brigadoon (R. Gatt) 4. Ramses De Vaudon (E. Fenech)

IX Tigrija. Heat Kampjonat Krafft. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Rapide Du Matin (E. Spiteri) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Sirocco Kadesh (N. Baldacchino) 3. Beckham Bob (C. Camilleri) 4. Regent De Tillard (R. Caruana)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives