
Uccello Jet (Mario Fenech) winning the major Summer final at the Marsa Racetrack.
Il-Hadd fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa saret is-37 laqgha tal-istagun li kienet ukoll l-ahhar wahda qabel il-waqfa tas-Sajf. Mit-tmien tigrijiet li gew organizzati, sebgha minnhom kienu finali tal-kampjonati Sajfin fuq distanza qasira ta’ 2140m. Il-finali ewlenija, dik tal-klassi Premier, rat is-success tal-Franciz Uccello Jet misjuq minn Mario Fenech.
Wara l-karozza tat-tluq fil-finali Premier sibna b’kollox tnax –il ziemel. Kien Uccello Jet li misjuq minn Mario Fenech minnufih mar quddiem wara li nghata l-bidu ufficjali. Matul l-ewwel battuti dan iz-ziemel fetah vantagg zghir minn Royal De Vaiges (David Ellul) u Radjah De Venel (Salvu Vella). Dawra mit-tmiem, filwaqt li Uccello Jet kien ghadu jigri b’certu konsistenza beda tiela wkoll fuq in-nahha ta’ barra Caillin Borg b’Donald Duck Tooma.
Madanakollu Uccello Jet baqa’ jzomm l-ewwel post sal-linja finali u temm rebbieh facilment bi tliet tulijiet minn Secret De Chenu (Anton Cassar) u Royal De Vaiges. Radjah De Venel temm fir-raba’ pozizzjoni.
Ghal Uccello Jet dan kien l-ewwel success f’pajjizna. Fi tmiem din il-finali c-chairman tal-Malta Racing Club Edwin Borg ippremja lil Mario Fenech wara s-success taz-ziemel tieghu. Ir-rebbieh kellu medja ta’ 1.14” fil-kilometru.
Il-kumplament tal-finali kienu riservati ghal zwiemel mill-klassi Gold, Silver, Bronze u Copper.
The Candyman (Michael Sultana) li kien l-aktar veloci wara l-karozza tat-tluq, ceda kompletament fl-ahhar metri tal-finali Gold. Kien fil-fatt madwar 150m mit-tmiem li dan iz-ziemel inqabez minn Sephiro Flam li, f’idejn Clint Vassallo, akkwista t-tieni rebha konsekuttiva u t-tielet f’Malta wara li xejjen l-isfida ta’ Big Ben (Charles Camilleri) propju fuq il-linja finali. Tango River (Redent Magro) dahal fit-tielet pozizzjoni.
Attakk mibdi 300m mit-tmiem tal-finali Silver A wassal lil Simons Rose (Carl Caruana) biex jiehu t-tieni success tieghu f’Malta. Dan minn Midnight Passion (Eric Bezzina). Il-favorit Tsardiem (Noel Baldacchino), li kien gej minn erba’rebhiet konsekuttivi, kellu jikkuntenta bit-tielet pozizzjoni minn Tricoloren (Clint Vassallo).
Fil-finali Silver B, Rodney Gatt pogga lill-Izvediza Cummin quddiem sa mill-bidu nett tat-tigrija. Din zammet l-ewwel pozizzjoni sal-linja finali meta rebhet b’vantagg ta’ hames tulijiet minn Very Nice Seven (Charles Camilleri) u Spahi De Belaise (Redent Magro). Carmen Sund (Carl Caruana) dahlet fir-raba’ pozizzjoni.
Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-ponijiet shetland misjuqa minn tfal u f’forma ta’ finali fuq distanza ta’ 640 metru. Dawn intrebhu mill-favoriti Daisy ta’ Cherise Farrugia) u Off The Record ta’ Denilson Cortis.
L-istagun 2016 mistenni jitkompla f’nofs Settembru li gej.
Ir-rizultati kollha.
I Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. U. Two Swing (R. Cassar) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Safran De Pembo (J. P. Farrugia) 3. Tagena Run (J. Gafa’) 4. Sharif America (M. Sammut)
II Tigrija. Finali Klassi Bronze B. Dist – 2140m. 1. Titou Du Brandard (F. Casha) Hin – 2.42.5” (1.15.9”) 2. Oregon Frontline (R. Gatt) 3. November Oaks (Ch. Farrugia) 4. Classic Toll (Sh. Axisa)
III Tigrija. Finali Klassi Silver B. Dist – 2140m. 1. Cummin (R. Gatt) Hin – 2.42” (1.15.7”) 2. Very Nice Seven (C. Camilleri) 3. Spahi De Belaise (R. Magro) 4. Carmen Sund (C. Caruana)
IV Tigrija. Finali Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Sephiro Flam (C. Vassallo) Hin – 2.39.2” (1.14.4”) 2. Big Ben (C. Camilleri) 3. Tango River (R. Magro) 4. The Candyman (M. Sultana)
V Tigrija. Finali Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Brio De Malte (J. Axisa) Hin – 2.45.8” (1.17.5”) 2. High Handed (T. Demanuele) 3. Buckens Stjarna (T. Tanti) 4. Freddie Melon (M. Debono)
VI Tigrija. Finali Klassi Bronze A. Dist – 2140m. 1. Jezira (R. Gatt) Hin – 2.44.2” (1.16.7”) 2. Almondo Rich (P.P. Said) 3. Madame Inkato (C. Caruana) 4. Soft De La Vallee (C. Refalo)
VII Tigrija. Finali Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Uccello Jet (M. Fenech) Hin – 2.38.4” (1.14”) 2. Secret De Chenu (A. Cassar) 3. Royal De Vaiges (D. Ellul) 4. Radjah De Venel (S. Vella)
VIII Tigrija. Finali Klassi Silver A. Dist – 2140m. 1. Simons Rose (C. Caruana) Hin – 2.40.6” (1.15.1”) 2. Midnight Passion (E. Bezzina) 3. Tsardiem (N. Baldacchino) 4. Tricoloren (C. Vassallo)
Discussion
No comments yet.