//
you're reading...
Horse Racing, In-Nazzjon, Paris, Trot

Sorpriza minn Royal Dream fl-Amerique

Royal Dream, rebbieh tal-Amerique 2013

Royal Dream, rebbieh tal-Amerique 2013 (APRH)

Misjuq minn Jean Philippe Dubois, il-Franciz ta’ tmien snin Royal Dream rebah it-92 edizzjoni tat-tigrija nternazzjonali Gran Prix d’Amerique li saret il-Hadd wara nofsinhar fil-korsa ta’ Vincennes f’Parigi fi Franza. Bhas-snin li ghaddew, din it-tigrija ngriet fuq distanza twila ta’ 2700m u kellha bidu bil-waqqaf. B’kollox tmintax kienu z-zwiemel li bdew it-tigrija serkin ma’ serkin, tigrija li gibdet lejn il-kumpless ta’ Vincennes il-fuq minn tletin elf spettatur.

Wara li fl-ewwel battuti tat-tigrija osservajna l-kmand jalterna bejn numru ta’ zwiemel, kien l-Izvediz Maharajah (Orjan Kihlstrom) li mar quddiem. Dan fetah vantagg zghir minn Vanika du Ruel (Franck Anne), Raja Mirchi (Lutfi Kolgjini) u l-favorit Ready Cash (Franck Nivard). Maharajah zamm l-ewwel pozizzjoni sa madwar 700 mit-tmiem u kien f’dak l-istadju li dan iz-ziemel inqabez mill-popolari Ready Cash.

Hekk kif iz-zwiemel daru ghad-dritta finali, Ready Cash kien ghadu jigri b’sahhtu u l-eluf prezenti kienu diga hasbu li dan iz-ziemel, rebbieh tal-ahhar zewg edizzjonijiet kien se jerga jkollu success iehor. Izda sorprendentement f’dak il-mument beda jzid fl-avvanz tieghu Royal Dream li qabez lil Ready Cash f’nofs id-dritta finali u qasam il-linja finali l-ewwel f’medja ta’ 1.12” fil-kilometru. It-Taljan Main Wise As (Pierre Levesque) kellu pjazzament tajjeb fit-tielet post segwit minn Roxana de Barbray (Dominik Locqueneux).

Bil-medja registrata, dik ta’ 1.12” fil-kilometru, Royal Dream irnexxilu jilhaq ir-rekord tat-tigrija mwaqqaf minn Offshore Dream fl-2007 u Ready Cash is-sena li ghaddiet. Fi tmiem it-tigrija ma setax jonqos il-ferh u l-emozzjoni fuq wicc is-sewwieq taz-ziemel rebbieh, Jean Philippe Dubois u t-trainer Philip Moulin. Dan iz-ziemel hu propjeta’ tal-istalel Victoria Dreams. Ta’ min wiehed jinnota li fl-2012 dan iz-ziemel kien temm fis-sitt post.

Ir-Rizultat Ufficjali
1. Royal Dream (Jean Philippe Dubois) (1.12″)
2. Ready Cash (Franck Nivard)
3. Main Wise As (Pierre Levesque)
4. Roxana de Barbray (Dominik Locqueneux)
5. The Best Madrik (Christophe Martens)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 350 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-6:00 ta' filgħaxija.

Sponsors

Rudolph Street, Sliema
Tel: +356 21344093 / 21344094



Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives