//
you're reading...
Horse Racing, Malta, Mument, Trot

L-ewwel rebha ghal Pedro Vici fit-tigrija ewlenija

Pedro Vici, driven by Johan Axisa, winning the class Premier race on Friday (Photo Tonio Buhagiar)

Pedro Vici, driven by Johan Axisa, winning the class Premier race on Friday (Photo Tonio Buhagiar)

L-aktar tigrija importanti li saret il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa waqt it-tletin laqgha tas-sena kienet wahda tal-klassi Premier fuq distanza qasira ta’ 2140m. Din intrebhet mill-Franciz Pedro Vici misjuq minn Johan Axisa. Il-programm ikkonsista minn disa’ tigrijiet kollha ghal zwiemel tat-trott.

Tlettax kienu z-zwiemel li hadu sehem fit-tigrija Premier. Bidu tajjeb kellha d-debba Chiara Sisu (Melvin Farrugia) li fl-ewwel metri fethet vantagg zghir minn Gently Di Poggio (David Ellul) u d-debuttant Zwack (Eric Bezzina). Izda t-tigrija hadet svolta ohra dawra mit-tmiem meta Johan Axisa talab liz-ziemel tieghu Pedro Vici biex jibda jzid il-giri. Dan mar quddiem fl-ahhar metri biex ha l-ewwel rebha f’Malta bla tbatija quddiem Gently Di Poggio u Made In Hoff (Charles Camilleri). Original Blue (Chris Cassar) kellu wkoll pjazzament pozittiv fir-raba’ pozizzjoni.

Il-laqgha nkludiet ukoll zewg tigrijiet tal-klassi Gold. Fl-ewwel wahda, Markus Klipp, f’idejn l-Izvediz Sebastian Nilsson, kien quddiem tul id-distanza u qasam il-linja finali l-ewwel facilment b’aktar minn zewg tulijiet minn Rapide Du Matin (Charles Camilleri) u Quome D’Avignere (Claudio Refalo). Power Night Star (Charles Degiorgio) temm ir-raba’.

Dwell eccitanti bejn Orion Du Vaumicel (Frencu Cassar) u Wies Buitenzorg (Eric Bezzina) fl-ahhar metri tat-tieni tigrija Gold wassal lil tal-ewwel biex jirregistra l-ewwel rebha tieghu tas-sena. Veikko Hornline (Julian Farrugia) u Rocky Composite (Charles Camilleri) kellhom ukoll wirja tajba.

Ir-rizultati kollha.

I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Ronin Del Brenta (S. Vella) Hin – 2.48.8” (1.18.9”) 2. Dreamed Victory (R. Gatt) 3. Stormy Sand (J. Pace) 4. Libre Echange (P. Galea)

II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Zeta Jones A (C. Camilleri) Hin – 2.45.6″ (1.17.4″) 2. Poete De La Sarthe (K. Saliba) 3. Law Suit (N. Baldacchino) 4. Mint Condition (J. Vassallo)

III Tigrija. Klassi Gold Dist – 2140m. 1. Markus Klipp (S. Nilsson – Svezja) Hin – 2.41.3” (1.15.4”) 2. Rapide Du Matin (C. Camilleri) 3. Quome d’Avignere (C. Refalo) 4. Power Night Star (C. Degiorgio)

IV Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Roma M (P. Galea) Hin – 2.43.7” (1.16.5”) 2. Zizazimoko (T. Demanuele) 3. Ravenovillais (N. Baldacchino) 4. Command Coger (C. Farrugia)

V Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Miskos Abies (T. Tanti) Hin – 2.44.6” (1.16.9”) 2. Samson Ben Max (M. Falzon) 3. Quipo Du Tronquay (F. Cassar) 4. Snubbelduns (M. Refalo)

VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Orion Du Vaumicel (F. Cassar) Hin – 2.41.9” (1.15.6”) 2 Wies Buitenzorg (E. Bezzina) 3. Veikko Hornline (J. Farrugia) 4. Rocky Composite (C. Camilleri)

VII Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. New Style (M. Farrugia) Hin – 2.44” (1.16.6”) 2. Pirate d’Urzy (E. Bondin) 3. Lover Boy Index (P. Spiteri) 4. Quiquafini (J. Farrugia)

VIII Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Pedro Vici (J. Axisa) Hin – 2.39.8” (1.14.7”) 2. Gently Di Poggio (D. Ellul) 3. Made In Hoff (C. Camilleri) 4. Original Blue (C. Cassar)

IX Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Uranos (T. Demanuele) Hin – 2.45.4” (1.17.3”) 2. Absolutelymeadow (K. Saliba) 3. Quero Des Erablais (S. Galea) 4. Owens Kin (S. Portelli)

About Kenneth Vella

A horse racing enthusiast and journalist. He started his career in 1992 and today is the main correspondent on horse racing for In-Nazzjon, Il-Mument and the Times of Malta. He also writes on a number of international magazines and produces TV programmes for E22 and TVM.Kenneth is the proud winner of two consecutive awards of the Malta Broadcasting Awards for the best sport programmes with documentaries.

Discussion

No comments yet.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out /  Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out /  Change )

Connecting to %s

Videos mill-Korsa tal-Marsa

Follow me on
Now over 530 videos!

TIĠRIJIET BISS

Follow Tiġrijiet Biss on
Tiġrijiet Biss kull nhar ta' Tlieta fuq TVM2 fis-7:30 ta' filgħaxija.

Sponsors


Srieken u nġenji ta' żwiemel ġodda u ta' kwalita'. Ċempel lil Etienne fuq 99427820



Prodotti Taljani ta' kwalita`
għaż-Żwiemel Tiegħek.
Miġjuba lilkom minn www.kennethvella.com

Prodott ġdid li jinkludi l-Omega 3. Tajjeb kontra l-ifjamazzjoni u jgħin l-artikolazzjoni. Għal aktar tagħrif cempel 79487838.


Archives