
Gold As Good, mounted by Demis Zammit winning the flat race on Saturday (Photo Il-Mument – Media.Link Communications)
Is-sittax –il laqgha tal-istagun saret is-Sibt wara nofsinhar fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti biss minn seba’ tigrijiet, sitta tat-trott u wahda tal-galopp. Fl-assenza ta’ tigrijiet tal-oghla klassi Premier spikkaw l-aktar tigrija tal-galopp fuq distanza qasira ta’ 1250m u ohra tat-trott tal-klassi Gold. Dawn intrebhu minn Gold As Good u Zandina Boshoeve rispettivament b’Rodney Gatt itemm l-ahjar sewwieq b’zewg rebhiet.
Sebgha kienu z-zwiemel li ppartecipaw fl-uniku tigrija tal-galopp. Id-debba Irlandiza ta’ erba’ snin Gold As Good (Demis Zammit) kienet l-aktar veloci mill-gagga tat-tluq. Din okkupat l-ewwel post u ddominat tul id-distanza kollha biex temmet rebbieha facilment b’aktar minn ghaxar tulijiet minn Ollie Fliptrik (Michael Sultana). Buttermilk (Eric Zammit) kellu wkoll wirja tajba meta temm it-tielet.
L-uniku tigrija tal-klassi Gold kienet eccitanti u incerta sat-tmiem. Hawnhekk Orion du Vaumicel (Frencu Cassar) kien ghal hafna hin fl-ewwel pozizzjoni. Izda dan iz-ziemel beda jnaqqas mill-giri u ceda kollox hekk kif iz-zwiemel daru biex jaffrontaw id-dritta finali taghhom. Kien f’dak il-mument li t-tigrija zviluppat f’taqtiegha bejn sitt zwiemel u kienet Zandina Boshoeve (Rodney Gatt) li marret quddiem u qasmet il-linja finali l-ewwel. Dan b’tul minn Quermes Rush (Noel Baldacchino) u Give To Get (Ludvic Ghigo). Pan des Couperies (Charles Camilleri) kellu wkoll prestazzjoni pozittiva meta spicca fir-raba’ pozizzjoni.
Il-programm inkluda wkoll zewg tigrijiet tal-klassi Silver. Id-Daniz Razor Shadow (Nathaniel Barbara) irregistra t-tieni rebha konsekuttiva tieghu u f’Malta fl-ewwel tigrija ta’ din il-klassi wara li halla kollox ghall-ahhar 400m. L-ahhar elf metru tat-tieni tigrija Silver kienu determinanti biex il-Franciz Quid Pierre (Cliferty Calleja) jiehu wkoll l-ewwel rebha fi xtutna b’distakk ta’ aktar minn disa’ tulijiet minn Megiddo (Charles Camilleri).
Fiz-zewg tigrijiet tal-klassi Bronze, Ywema’s Pine (Rodney Gatt) u Poete De La Sarthe (Kurt Saliba) kisbu l-ewwel rebha taghhom tas-sena wara li ziedu fil-giri matul l-ahhar 700m.
L-ewwel tigrija tal-gurnata kienet wahda tal-klassi Copper. Kien Nolan Streamline (Andy Mifsud) li qasam il-linja finali l-ewwel. Izda aktar tard dan iz-ziemel gie skwalifikat mill-gurija biex ir-rebha nghatat lit-tieni pjazzat Noble d’Urzy misjuq minn Larson Mifsud.
Giet mizjuda wkoll ma’ din il-laqgha tigrija tal-ponijiet imwielda Malta u jigu bin tal-galopp. Din intrebhet mid-debba Try Me (Paul Galea) wara assalt tlieta fuq in-nahha ta’ barra fid-dritta finali.
Ir-rizultati kollha.
I Tigrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Noble d’Urzy (L. Mifsud) Hin – 3.28.8” (1.19.1”) 2. Kiton De Bouere (M. Mizzi) 3. Loulou De La Rose (C. Caruana) 4. Minou De Perdriat (Ch. Farrugia)
II Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Ywema’s Pine (R. Gatt) Hin – 3.29.1” (1.19.2”) 2. Niko De Chamant (V. Fenech) 3. Biggles Coquet (J. Vassallo) 4. Above Roland (G. Attard)
III Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Razor Shadow (N. Barbara) Hin – 3.23.9” (1.17.2”) 2. Quooper De Connee (D. Ellul) 3. Ironbar (J. Farrugia) 4. Panda Des Fleches (C. Cassar)
IV Tigrija. Klassi Galopp. Dist – 1250m. 1. Gold As Good (D. Zammit) Hin – (1.13.7”) 2. Ollie Fliptrik (M. Sultana) 3. Buttermilk (E. Zammit)
V Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Quid Pierre (C. Calleja) Hin – 3.23.7” (1.17.2”) 2. Megiddo (C. Camilleri) 3. Take Out Blue (P. Galea) 4. Cross Country FC (D. Hili)
VI Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Zandina Boshoeve (R. Gatt) Hin – 3.22.9” (1.16.8”) 2. Quermes Rush (N. Baldacchino) 3. Give To Get (L. Ghigo) 4. Pan Des Couperies (C. Camilleri)
VII Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Poete De La Sarthe (K. Saliba) Hin – 3.25.4” (1.17.8”)2. Querido Censerie (C. Degiorgio) 3. Quick Et Rare (J. Pace) 4. Queen Streamline (R. Gatt)
Internazzjonali -Possibilita’ li Ready Cash jirritorna ghall-giri
Dan l-ahhar gazzetti Francizi spekulaw li z-ziemel popolari irtirat Ready Cash, rebbieh fost l-ohrajn tal-famuza Gran Prix d’Amerique u li ghandu r-rekord tal-aktar ziemel Franciz li rebah flus fi premijiet kull zmien jista jirritorna ghall-giri. Ready Cash gie rtirat mit-tigrijiet fi Frar li ghadda wara karriera memorabbli u beda jintuza biss ghat-taghmir. Izda issa qieghed jintqal li dan iz-ziemel jista jirritorna ghat-tigrijiet u jigi trasferit lejn l-Istati Uniti biex jigri f’xi tigrijiet hemmhekk.
Jidher li Ready Cash jaf jittiehed l-Istati Uniti s-Sajf li gej bl-ghan li mhux biss jippartecipa u jirbah xi tigrijiet izda anki jsir aktar maghruf mal-breeders Amerikani. Jekk dan iz-ziemel popolari jittiehed l-Istati Uniti se jinzamm fic-centru tas-sewwieq u trainer stabbilit Jimmy Takter. Niftakru li Ready Cash gie rtirat fl-eta’ ta’ disa’ snin wara prestazzjonijiet dizappuntanti fl-Amerique u fil-Prix De France ta’ din is-sena. Dan iz-ziemel jigi iben l-istaljun Indy De Vive u d-debba Kidea u rebah il-fuq minn 4.2832,300 ewro fi premijiet. Hu ghandu rekord ta’ 1.10.3” fil-karriera tieghu. Attwalment Ready Cash qieghed jintuza ghat-taghmir fi Franza izda se jintuza wkoll wkoll ghat-taghmir ma’ dwieb stazzjonati fl-Iskandinavja u l-Italja.
Commander Crowe ghall-Olanda
It-trainer tal-Izvediz Commander Crowe, il-Franciz Fabrice Souloy habbar li ghalkemm illum iz-ziemel ghandu hdax –il sena xorta mistenni jkompli jigri f’tigrijiet kompetittivi fix-xhur li gejjin. Commander Crowe jigi iben l-istaljun Franciz Juliano Star u d-debba Skandinava Somack u hu ta’ propjeta’ Zvediza. Dan l-ahhar intqal li z-ziemel seta’ jitwaqqaf mill-giri minhabba l-eta’ tieghu u minhabba f’hekk ma setax ikompli jigri fi Franza minhabba l-eta’ tieghu.
Izda Souloy ikkonferma li bhalissa z-ziemel qieghed jinghata tahrig kuljum li fost l-ohrajn jinkludi anki ghawm f’pixxina apposta. Commander Crowe rebah il-fuq minn 3.510,607 ewro fi premijiet u ghadu rekord ta’ 1.08.9”. Hu kkunsidrat ukoll fost l-aktar zwiemel fl-istorja tat-trott mondjali li rebah tigrijiet u flus. Ilu ma jigri minn Ottubru li ghadda meta dakinhar kien gera fit-tigrija Mullers Memorial li saret fil-korsa ta’ Jagersro fl-Izvezja. Dakinhar Commander Crowe kellu wirja dizappuntanti tanti li kien intqal li seta’ jigi rtirat. Mitlub jikkonferma f’liema pajjiz iz-ziemel jista jaghmel ir-ritorn tieghu, Fabrice Souloy qal li meta wiehed jikkunsidra l-eta’ tieghu Commander Crowe jista jirritorna permezz ta’ tigrija fl-Olanda.
Fiorente rtirat ukoll
Fl-Awstralja thabbar li wiehed mill-aqwa zwiemel tal-istagun li ghadda fil-kamp tal-galopp, Fiorente, se jigi rtirat mit-tigrijiet. Illum Fiorente ghandu sitt snin, u dan l-ahhar spicca jigi meghlub f’tigrija ta’ grupp wiehed, tigrija li saret fil-korsa ta’ Rosehill u li fiha hu kien beda bhala l-favorit nett. F’Novembru li ghadda dan iz-ziemel kien rebah il-famuza Melbourne Cup fil-korsa ta’ Flemington. F’kummenti li tat lill-gurnalisti fi tmiem it-tigrija t-trainer taz-ziemel Gai Waterhouse pprecisat li z-ziemel se jkollu jkun irtirat minhabba li wegga b’mod gravi wiehed mit-tendons tieghu. Fiorente kien gie akkwisat minn sidien Awstraljani wara li kellu karriera tajba fl-Ingilterra taht it-tmexxija tat-trainer Sir Michael Stoute.
Hu rebah diversi tigrijiet ewlenin kemm fl-Awstralja u anki fir-Renju Unit. Waterhouse ziedet tghid li temmen li wara s-successi li kellu fl-ahhar xhur iz-ziemel haqqu li jiehu l-mistrieh li haqqu.
Discussion
No comments yet.