
Rio Du Gers driven by Julian Farrugia winning one of the Condition race finals (Photo Malta Racing Club)
Il-35 programm tas-sena li sar il-Gimgha fil-ghaxija fil-korsa tal-Marsa inkluda tliet finali ta’ Condition Races ghal zwiemel mill-klassijiet Silver, Bronze u Copper fuq distanza qasira ta’ 2140m. Dawn intrebhu minn Rio Du Gers, Paleo De La Dives u Hotchemin.
L-aktar finali mistennija kienet dik Silver. Din kienet wahda bilancjata u kumbattuta sat-tmiem. Kien Rio Du Gers (Julian Farrugia) li temm rebbieh wara li fid-dritta finali kien involut fi dwell missielet ma’ All American Class (David Ellul). Quent De Combourg (Noel Baldacchino) u Joss Q.C. (Nicholas Bonello) kellhom ukoll wirja pozittiva. Ghal Rio Du Gers din kienet it-tieni rebha nfila.
Fil-finali Bronze, Rodney Gatt talab lill-Franciz Paleo De La Dives biex izid fil-pass ftit aktar minn dawra mit-tmiem. Dan qasam il-linja finali l-ewwel bla tbatija, b’tul u nofs minn Meadow Dancer (Noel Baldacchino) u Picabia Des Audins (Brian Hili). Ogor (Anton Cassar) temm warajhom fir-raba’ post.
Olifant Du Puoy (Frans Tanti), li kien ghal hafna hin quddiem matul il-finali Copper, naqqas mill-giri hekk kif iz-zwiemel qabdu d-dritta finali. Hu nqabez fost l-ohrajn mill-favorit Hotchemin li f’idejn iz-zghazugh Ghawdxi Warren Spiteri ha t-tieni rebha nfila u t-tielet wahda stagonali minn Punch EM (Shawn Portelli) u Syllabub (Rodney Gatt). My Danover (Frank Portelli) temm ir-raba’.
Il-programm inkluda wkoll tigrija normali tal-klassi Premier fuq distanza qasira. Din intrebhet mid-debuttanta Zvediza Nova Kebell f’idejn Redent Magro wara sprint fid-dritta finali.
Ir-rizultati kollha.
I Tigrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Rower (C. Camilleri) Hin – 2.47.8” (1.18.4”) 2. Magnum (K. Galea) 3. Snubbelduns (M. Refalo) 4. Loustic d’Anjou (J. Farrugia)
II Tigrija. Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Reflexe De Crennes (R. Magro) Hin – 2.50.1” (1.19.5”) 2. Quick Et Rare (J. Pace) 3. Diamond Hallinck (J. Farrugia) 4. Prince November (C. Cauchi)
III Tigrija. Finali Condition Race Klassi Copper. Dist – 2140m. 1. Hotchemin (W. Spiteri) Hin – 2.52.4” (1.20.5”) 2. Punch EM (S. Portelli) 3. Syllabub (R. Gatt) 4. My Danover (F. Portelli)
IV Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Quermes Rush (N. Baldacchino) Hin – 2.47.5” (1.18.3”) 2. Nico Oland (J. Farrugia) 3. Quintet (B. Zammit) 4. Troy Boshoeve (S. Vella)
V Tigrija. Finali Condition Race Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Paleo De La Dives (R. Gatt) Hin – 2.48.4” (1.18.7”) 2. Meadow Dancer (N. Baldacchino) 3. Picabia Des Audins (B. Hili) 4. Ogor (A. Cassar)
VI Tigrija. Klassi Premier. Dist – 2140m. 1. Nova Kebell (R. Magro) Hin – 2.45.6” (1.17.4”) 2. Wee Catch Diamond (J. Farrugia) 3. Ourasi Diams (A. Fenech) 4. Utah Hornline (R. Clifton)
VII Tigrija. Finali Condition Race Klassi Silver. Dist – 2140m. 1. Rio Du Gers (J. Farrugia) Hin – 2.47” (1.18”) 2. All American Class (D. Ellul) 3. Quent De Combourg (N. Baldacchino) 4. Joss Q.C. (N. Bonello)
VIII Tigrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Qurieux Du Ponchet (N. Baldacchino) Hin – 2.45.9” (1.17.5”) 2. Nitesco d’Antony (D. Ellul) 3. Presidential (B. Hili) 4. Purple Hall (C. Camilleri)
Discussion
No comments yet.